IL-MINISTRU DOLORES CRISTINA TAGHMEL ZJARA FL-ISKOLA SEKONDARJA GHOLJA GIOVANNI CURMI FIN-NAXXAR
pr1853
11/10/2010
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, | dal-għodu għamlet żjara fl-Iskola Sekondarja Għolja, Giovanni Curmi fin-Naxxar li llum laqgħet madwar 1,200 student ġdid li bdew korsijiet post sekondarji. Matul is-Sajf li għadda f’din l-iskola saret ħidma kbira biex tkun tista’ takkomoda numru akbar ta’ studenti li qed jiżdied minn sena għall-oħra. |
| Sar | ukoll xogħol ta’ tisbiħ, kienu nstallati interactive white boards u apparat ġdid fil-laboratorji tax-xjenza u tat-technical design u sar ukoll xogħol biex kien estiż il-gymnasium ta’ din l-iskola li issa għandha wkoll fitness centre għall-istudenti tagħha. |
| B’kollox | 1,916 student u studenta bdew sena akkademika ġdida f’din l-iskola f’korsijiet li jwasslu għal matrikola jew għal ċertifikat tas-SEC. Fl-iskola hemm ukoll 44 student barrani. |
| Il-Ministru Cristina esperimiet is-sodisfazzjon | tagħha għall-fatt li numru ta’ studenti qed jagħmlu għażla apposta li jmorru f’din l-iskola biex minnha jkomplu javanzaw fl-istudji tagħhom. |
| Din | is-sena in-numru ta’ studenti li daħlu f’istituzzjonijiet post sekondarji u fl-universita’ biex ikomplu jistudjaw wara l-eta’ obbligatorja, kien wieħed rekord u l-indikazzjonijiet huma ċari li qed jiżdied in-numru ta’ dawk li jagħżlu li jkomplu jistudjaw. Il-mira tal-Gvern hi li bl-investiment li qed jagħmel fis-settur tal-edukazzjoni, in-numru ta’ dawk li jkomplu jistudjaw jibqa’ dejjem jiżdied. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992