Left arrow Mur Lura

STQARRIJA - L-Oppożizzjoni  trid li  min ma jużax is-servizzi tal-MEPA jissussidja u jħallas daqs li kieku qed jagħmel żvilupp

pr1850
Date Icon 10/10/2010
Il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscatirid li min ma jkunx qieghed jaghmel zvilupp jissusidja lil min qieghed ikun jaghmel zvilupp.  Irid li min ma jaghmilx zvilupp  jissussidja l-infurzar li jista’ jkun mehtieg biex ikun assigurat li l-izvilupp isir skont dak li gie approvat.
Filwaqt li llum Joseph Muscat qedjghid li l-MEPA ghandha tibqa’ tigi sussidjata minn min ma jaghmilx zvilupp, meta l-Partit Laburista kien fil-Gvern kien se jgholli t-tariffi.
Fil-legislatura tal-1996 (3 sninwarali kienu dahlu t-tariffi) il-Gvern Laburista kien qal li l-MEPA m’ghandiex ikollha bżonn is-sostenn finanzjarju mill-Gvern.   Dan kien iddikjarah l-Onor George Vella li kien il-Ministru responsabbli mill-MEPA.  Il-Gvern Laburista ma kienx gholla t-tariffi minħabba li sejjah elezzjoni bikrija.   Dak li qal Joseph Muscat illum juri li l-politika tal-Partit Laburista mhix ibbazata fuq principji imma skont jekk tkunx fil-Gvern jew fl-oppozizzjoni.
It-tariffi gew reveduti wara 17-ilsena; u kienu ilhom l-istess sa minn meta twaqqfet il-MEPA fl-1993.
Ir-revizjoni saret sabiex il-MEPA matibqax tiġi ffinanzjata mit-taxxi tal-poplu.  Bir-revizjoni min jagħmel applikazzjoni qieghed ihallas ghall-ispejjeż u s-servizzi marbuta mal-applikazzjoni tieghu stess.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni, li kieninghaqad fi protesta kontra l-privatizazzjoni tat-tarzna, li kienet tiddependi mis-sussidji gejjin mit-taxxi tal-poplu, dal-ghodu rega tkellem favur il-politika ta’ sussidji.  Il-politika tal-Gvern hi li l-flus migbura mit-taxxi  flok imorru f’sussidji, jigu investiti fl-edukazzjoni tat-tfal u z-zghazagh, fis-sahha, fil-qasam socjali u ghall-anzjani, u fl-ambjent u l-infrastruttura biex titjieb il-kwalita’ tal-hajja tal-poplu.

Mistoqsija parlamentari

Il-Kap tal-Oppozizzjoni ghazel li jkun selettiv u jinjora dak li nghadd pubblikament dwar il-mistoqsija parlamentari li giet imwiegba din il-gimgha dwar ir-rapporti lill-MEPA fuq it-trab iswed.  Il-mistoqsija mid-Deputat tal-Oppozizzjoni Leo Brincat saret fis-7 ta’ Lulju u l-MEPA provdiet l-informazzjoni biex tigi mwiegba l-mistoqsija fit-12 ta’ Lulju.  Mill-bidu tas-sena sadakinhar il-MEPA ma kellha l-ebda ilment ghall-2010.  L-ewwel ilment dahal fl-14 ta’ Lulju u wara dahlu 3 ilmenti ohra u l-MEPA hadet kampjuni biex tanalizza l-kawza.

Kumitati Maghzul tal-Kamra

B’referenza ghall-Kumitat Maghzul biex jirraporta dwar it-trab iswed, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qal li ghandha ssir diskussjoni f’Kumitat Parlamentari f’diskors fil-Parlament fil-25 ta’ Novembru 2009.  L-Oppozizzjoni kienet irreagixxiet b’xetticizmu.  Is-Segretarju Parlamentari Mario de Marco rega tenna l-pozizzjoni tal-Gvern li ssir diskussjoni f’Kumitat tal-Kamra fis-27 ta’ April 2010.  Dan juri l-konsistenza u s-serjeta’ tal-Gvern.  Bl-aktar mod trasparenti, il-Gvern irid li Kumitat Parlamentari, presedut mill-Ispeaker u kompost minn zewg membri tal-Gvern u zewg membri tal-Oppozizzjoni, jisma’ u jircievi rapporti minghand esperti dwar is-suggett.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow