STQARRIJA - L-Oppożizzjoni trid li min ma jużax is-servizzi tal-MEPA jissussidja u jħallas daqs li kieku qed jagħmel żvilupp
| Il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat | irid li min ma jkunx qieghed jaghmel zvilupp jissusidja lil min qieghed ikun jaghmel zvilupp. Irid li min ma jaghmilx zvilupp jissussidja l-infurzar li jista’ jkun mehtieg biex ikun assigurat li l-izvilupp isir skont dak li gie approvat. |
| Filwaqt li llum Joseph Muscat qed | jghid li l-MEPA ghandha tibqa’ tigi sussidjata minn min ma jaghmilx zvilupp, meta l-Partit Laburista kien fil-Gvern kien se jgholli t-tariffi. |
| Fil-legislatura tal-1996 (3 snin | warali kienu dahlu t-tariffi) il-Gvern Laburista kien qal li l-MEPA m’ghandiex ikollha bżonn is-sostenn finanzjarju mill-Gvern. Dan kien iddikjarah l-Onor George Vella li kien il-Ministru responsabbli mill-MEPA. Il-Gvern Laburista ma kienx gholla t-tariffi minħabba li sejjah elezzjoni bikrija. Dak li qal Joseph Muscat illum juri li l-politika tal-Partit Laburista mhix ibbazata fuq principji imma skont jekk tkunx fil-Gvern jew fl-oppozizzjoni. |
| It-tariffi gew reveduti wara 17-il | sena; u kienu ilhom l-istess sa minn meta twaqqfet il-MEPA fl-1993. |
| Ir-revizjoni saret sabiex il-MEPA ma | tibqax tiġi ffinanzjata mit-taxxi tal-poplu. Bir-revizjoni min jagħmel applikazzjoni qieghed ihallas ghall-ispejjeż u s-servizzi marbuta mal-applikazzjoni tieghu stess. |
| Il-Kap tal-Oppozizzjoni, li kien | inghaqad fi protesta kontra l-privatizazzjoni tat-tarzna, li kienet tiddependi mis-sussidji gejjin mit-taxxi tal-poplu, dal-ghodu rega tkellem favur il-politika ta’ sussidji. Il-politika tal-Gvern hi li l-flus migbura mit-taxxi flok imorru f’sussidji, jigu investiti fl-edukazzjoni tat-tfal u z-zghazagh, fis-sahha, fil-qasam socjali u ghall-anzjani, u fl-ambjent u l-infrastruttura biex titjieb il-kwalita’ tal-hajja tal-poplu. |
Mistoqsija parlamentari
Il-Kap tal-Oppozizzjoni ghazel li jkun selettiv u jinjora dak li nghadd pubblikament dwar il-mistoqsija parlamentari li giet imwiegba din il-gimgha dwar ir-rapporti lill-MEPA fuq it-trab iswed. Il-mistoqsija mid-Deputat tal-Oppozizzjoni Leo Brincat saret fis-7 ta’ Lulju u l-MEPA provdiet l-informazzjoni biex tigi mwiegba l-mistoqsija fit-12 ta’ Lulju. Mill-bidu tas-sena sadakinhar il-MEPA ma kellha l-ebda ilment ghall-2010. L-ewwel ilment dahal fl-14 ta’ Lulju u wara dahlu 3 ilmenti ohra u l-MEPA hadet kampjuni biex tanalizza l-kawza.
Kumitati Maghzul tal-Kamra
B’referenza ghall-Kumitat Maghzul biex jirraporta dwar it-trab iswed, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qal li ghandha ssir diskussjoni f’Kumitat Parlamentari f’diskors fil-Parlament fil-25 ta’ Novembru 2009. L-Oppozizzjoni kienet irreagixxiet b’xetticizmu. Is-Segretarju Parlamentari Mario de Marco rega tenna l-pozizzjoni tal-Gvern li ssir diskussjoni f’Kumitat tal-Kamra fis-27 ta’ April 2010. Dan juri l-konsistenza u s-serjeta’ tal-Gvern. Bl-aktar mod trasparenti, il-Gvern irid li Kumitat Parlamentari, presedut mill-Ispeaker u kompost minn zewg membri tal-Gvern u zewg membri tal-Oppozizzjoni, jisma’ u jircievi rapporti minghand esperti dwar is-suggett.
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992