II-President u s-Sinjura Abela jniedu il-President’s Charity Fun Run 2010
pr1848
09/10/2010
It-tieni edizzjoni tal-President’s Charity Fun Run se terga ssir mill-Palazz ta’ Sant’Anton sal-Palazz il-Belt nhar il-Hadd 5 ta’ Dicembru bl-iskop ewlieni li jingabru fondi b’risq l-Istrina 2010 imtella’ mill-Malta Community Chest Fund. Persuna tista tapplika online permezz ta’ formula li tinstab fuq is-sit www.funrun.org.mt jew tingabar applikazzjoni minn wahda mill-ferghat tal-Banif. Il-partecipazzjoni hija ta’ 10 ewro u wiehed jintghata t’shirt ghall-okkazzjoni kif ukoll wrist band u bib!
| Il-fun run titlaq | mill-Palazz ta’ Sant’Anton lejn Triq Birbal fid-direzzjoni ta’ Triq il-Wied, B’kara. Minn hemm jiksru lejn Triq Fleur De Lys, minn hdejn il-Venda tal-Karozzi tal-linja u jibqghu sejrin lejn Santa Venera u jkomplu lejn Triq San Guzepp li twassalhom sal-Hamrun. Minn hemm sal-Blata l-Bajda u l-Floriana. Minn fejn il-Monument tal-gwerra jiksru lejn Bieb il-Belt, iduru mal-funtana u jidhlu l-Belt. Jghaddu minn Triq ir-Repubblika sakemm jaslu quddiem il-Palazz tal-President. |
| Dawk li jixtiequ jimxu | r-rotta minflok jigruwha, se jibdew minn hdejn Casa Leoni, Santa Venera. Wiehed jista wkoll jinghaqad mal-kumplament tal-partecipanti f’wahda minn dawn il-lokalitajiet : B’kara fejn il-venda tal-karozzi tal-linja, Casa Leoni Santa Venera, Pjazza San Pawl (Hamrun), Triq Sant’Anna (Floriana) jew Bieb il-Belt. |
| Fl-ahhar tal-Fun Run | jintghata certifikat kommemorattiv lill-partecipanti kollha. |
| Il-President George | Abela rringrazzja lil dawk kollha li taw sehmom is-sena l-ohra, li kienu l-fuq minn 5,000 ruh u stieden biex dawk li tilfuha is-sena l-ohra din is-sena ma jitilfux l-opportunita’. Rringrazzja lil Banif Bank li jaghtu sapport kontinwu, lil Malta Amateur Athletic Association, il-Ministru l-Onorevoli Dr. Joe Cassar f’isem il-Ministeru tas-sahha , l-Anzjani u l-Kura fil-kommunita’, lil Kunsilli kollha li jaghtu sapport u finalment lil Pulizija li jiehdu hsieb jorganizzaw it-traffiku biex jinghalqu arterji principali fil-hin tal-Fun Run. |
| “Qalb tajba taghti | mill-Qalb” temm jghid il-President George Abela waqt li heggeg biex fil-waqt li niehdu gost f’din il-girja, nkunu wkoll qed naghtu hafna mill-qalb lil dawk fil-bzonn. Il-President’s Charity Fun run ghandha tattira il-persuni kollha ta’ kull eta u anki lil persuni li jistghu jippartecipaw b’siggu tar-roti. Inkorraggixxa wkoll biex dawk li ghandhom kelb jistghu jaghmlu din il-mixja bil-kelb. Wiehed li jibda jipprepara ghall-girja, jkun qed jghin biex itejjeb l-istil ta’ hajja li jghix ghax ikun qieghed wkoll jiehu hsieb sahhtu. Il-Ministeru tas-sahha wkoll qieghed iniedi kampanja ‘Sahhtek ghall-qalbek!’. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992