Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari ghan-Negozji Zghar u Artijiet
pr1846
08/10/2010
| CAQLIEQ TEMPORANJU TAL-MONTI F’MARSAXLOKK TA’ MATUL | IL-ĠIMGĦA |
| Wara | diskussjonijiet ma’ l-Unjoni Ħaddiema Magħqudin (UHM), li jirrappreżentaw lill-bejjiegħa liċenzjati bħala bejjiegħa tat-triq f’Marsaxlokk, intlaħaq ftehim bejn il-Gvern, il-Kunsill Lokali u l-istess bejjiegħa tal-monti li jarma fost il-ġimgħa f’Marsaxlokk, sabiex temporanjament, b’seħħ minn nhar it-Tnejn, 11 ta Ottubru sal-Ġimgħa, 12 ta’ Diċembru 2010, il-bejjiegħa ser ikunu awtorizzati li jarmaw f’żona li ġiet indikata lilhom f’Xatt is-Sajjied, sabiex f’dan l-istess perjodu ikun jista jitkompla ix-xogħol ta’ tisbieħ u tqegħid ta’ pavimentar ġdid fiż-żona tal-Għajn tal-Ħassellin. |
| Malli jispiċċaw ix-xogħlijiet li qed jieħu ħsieb | il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, dawn il-bejjiegħa huma mistennija li jirritornaw lura għaż-żona tal-Għajn tal-Ħassellin, fuq pjanta miftehma, u b’kundizzjonijiet li fil-prinċipju ġa hemm qbil fuqhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992