GĦAJNUNA KONKRETA GĦAT-TKABBIR FI SWIEQ BARRANIN
pr1843
08/10/2010
| “Il-politika tal-Gvern | li joħloq iżjed opportunitajiet għas-settur SME ta’ pajjiżna, tissarraf fi stejjer ta’ suċċess. Il-mira ta’ eċċellenza fis-settur tal-manifattura tal-valur miżjud tintlaħaq ukoll permezz tal-fondi ERDF tal-Unjoni Ewropea li huma għodda eċċellenti f’idejn l-intraprenditur għaqli Malti.” |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi waqt l-aħħar mis-sensiela ta’ żjarat li huwa qed jagħmel man-negozji żgħar u medji. |
| Jason Azzopardi illum | żar il-kumpanija Eagle K-Wear li din is-sena qed tagħlaq 52 sena topera fis-suq tat-tessuti. Eagle K-Wear illum qed tħares lejn swieq kbar u l’hinn minn pajjiżna. |
| Din is-sena, din | il-kumpanija saret eleġibbli għal fondi ERDF, għal proġett ta’ internazzjonalizzazzjoni. Dan il-proġett jiswa €150,000, u 50% minnhom ġejjin mill-ERDF. Il-kumpanija qed tħares li tippenetra swieq ġodda, fosthom il-Lvant nofsani, il-UAE, l-Afrika ta’ Fuq kif ukoll ir-Renju Unit. Eagle K-Wear qed tkun kapaċi tagħmel dan għax qed tuża fondi mill-ERDF, flimkien mal-kapaċitajiet eċċellenti tal-ħaddiema Maltin. |
| Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi faħħar | il-ħaddiema dedikati tal-azjenda li juru sens ta’ appartenenza għall-kumpanija. Huwa faħħar ukoll it-tmexxija tal-kumpanija li matul is-snin għarfet timxi maż-żminijiet u tiehu d-deċiżjonijiet għaqlija anke jekk iebsin. |
| Jason | Azzopardi innota kif il-kumpanija fetħet fl-1958 f’realta ta’ Malta kolonja. Illum l-istess kumpanija wara proċessi sħaħ kuraġġużi u ta’ tiġdid, qed tikkompeti b’ħeġġa f’realta’ ta’ Malta Indipendenti u membru tal-Unjoni Ewropea. Din ir-realta’ tal-lum qed jippermettilha taħsad frott minn swieq miftuħa u kbar li qed iġibu investimenti u xogħol. |
| Eagle | K-Wear taħdem xogħol ta’ ħjata ta’ uniformijiet u ħwejjeġ. Il-kumpanija tieħu ħsieb kull fażi tal-proċess: sa min-nisġa tad-drapp, tfassil tal-ħwejjeġ, ħjata, bejgħ u distribuzzjoni. |
| Il-kumpanija tħaddem 35 persuna full time li | jitilgħu sa madwar 50 inklużi l-impjiegi part-time. Permezz tal-proġett li qed tmexxi minn fondi tal-ERDF, Eagle K-Wear ser iżżid in-numru ta’ impjiegi fil-ġimgħat li ġejjin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992