Left arrow Go Back

L-etika u r-responsabbiltà soċjali parti mis-suċċess tas-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta

pr1841
Date Icon 08/10/2010
L-etikau r-responsabbiltà soċjali huma parti mportanti mis-suċċess tas-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt diskors fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-Head Offices il-ġodda tal-Bank APS fis-Swatar, fl-okkazjoni tal-mitt sena anniversarju tal-istess bank.
“Dawnil-prinċipji għandhom jibqgħu jiggwidaw lis-settur finanzjarju lokali għaliex kienu l-istess prinċipji li wasslu biex is-sistema finanzjarja Maltija tibqa’ b’saħħitha fl-istess żmien fejn madwar id-dinja, banek ta’ fama raw kollass sħiħ, bl-effetti u l-konsegwenzi li lkoll nafu bihom. Kien proprju grazzi għall-għaqal ta’ dan is-settur, li pajjiżna ma esperjenzax dak li ġara f’pajjiżi oħra, bil-Gvernijiet ikollhom jintervjenu biex jevitaw il-falliment tal-banek.”
Il-Ministru Fenech sostna wkoll li “għandnanapprezzaw li dawn huma fost ir-raġunijiet għaliex is-settur bankarju f’Malta kompla jgawdi mill-fiduċja fuq livell internazzjonali.” Fil-fatt, rapport dwar il-kompetittività tal-pajjiżi ppubblikat fil-jiem li għaddew mill-Forum Ekonomiku Dinji, jqis lis-settur bankarju lokali bħala fost l-aqwa 10 fid-dinja.
Il-Ministru Fenech feraħ lill-Bank għal danil-anniversarju, “b’mod partikolari meta wieħed jikkunsidra kif inbidel sostanzjalment l-ambjent li qed jopera l-bank fih, dak ta’ kompetizzjoni li f’pajjiżna llum hija akbar minn qatt qabel.  Illum għandna xejn anqas minn 37 istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja liċenzjata mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji li jipprovdu lill-konsumaturi u l-kumpaniji Maltin għażla wiesa’ ta’ prodotti u servizzi, u li għalhekk jeżieġu minn kull operatur f’dan is-settur sforzi akbar biex wieħed ikun aktar kompetittiv u innovattiv biex jibqa’ jilgħab rwol rilevanti fis-suq.”
Huwatkellem ukoll dwar l-isforzi tal-bank biex jidentifika prodotti innovattivi u niċeċ partikolari fejn jespandi l-operat tiegħu u jinħolqu aktar opportunitajiet għal 200 impjegat li għandu miegħu dan il-bank.
“L-innovazzjoni hija wkoll punt b’saħħtu tas-setturfinanzjarju lokali, u fil-fatt fir-rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji, din l-istituzzjoni tindika proprju l-innovazzjoni bħala waħda mill-elementi li jwasslu biex dan is-settur ikun fost l-aktar kompetittivi fid-dinja.” Il-Ministru Tonio Fenech awgura kull suċċess lid-Direttur u l-impjegati kollha tal-Bank.
L-Uffiċini l-ġodda kienu inawgurati mill-Arċisqofta’ Malta, l-E.T. Mons Pawlu Cremona.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow