AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skond l-Att dwar is-Sigurta’ fl-Ikel u r-Regolament Ewropew 178 ta’ l-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mir-Rapid Alert System for Food and Feed, bħala prekawzjoni, il-lottijiet kollha tal-prodott hawn taħt imsemmi m’għandhux jiġi kkunsmat minn persuni li huma intolleranti għall-prodotti tal-ħalib minħabba l-possibilita’ ta’ preżenza ta’ protejini li joriġinaw mill-ħalib.
Isem tal-prodott: | Sweet Vegetable Base U.H.T. Product |
Ditta: | Halta |
Piż: | 250ml |
Tip ta’ Maħfen: | Bottijiet Spray |
Oriġini: | Italja |
Isem tal-prodott: | Sweet Vegetable Base U.H.T. Product |
Ditta: | Halta |
Piż: | 250ml |
Tip ta’ Maħfen: | Bottijiet Spray |
Oriġini: | Italja |
L-importatur lokali qiegħed jikkollabora mal-Ispettorat għas-Saħħa Ambjentali u qed jieħu ħsieb li jwaħħal tabelli mal-prodotti msemmija biex jindikaw l-preżenza ta’ protejini tal-ħalib.
Għall-aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sat- 3:00 ta’ wara nofs inhar.
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992