Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-EĊĊELLENZA TIEGĦU DOTT. GEORGE ABELA, PRESIDENT TA’ MALTA, WAQT ĊENA STATALI MOGĦTIJA MILL-EĊĊELLENZA TIEGĦU S-SUR TRAIAN BǍSESCU, PRESIDENT TAR-RUMANIJA – BUKAREST - IL-ĦAMIS 7 TA’ OTTUBRU 2010

pr1838
Date Icon 08/10/2010

Eċċellenza President Bǎsescu,

Eċċellenzi,

Sinjuri,

Nirringrazzjak, Sur President, għas-sentimentiġentili li għadek kif esprimejt.  Huwa ta’ pjaċir u ta’ unur għalija li nkun fostkom fil-pajjiż sabiħ tagħkom u li napprezza l-ospitalità ġeneruża li biha ġejna milqugħa jiena u d-delegazzjoni tiegħi.  F’ismi u f’isem id-delegazzjoni jiena nfisser gratitudni għal din l-ospitalità.
Iż-żewġpajjiżi tagħna għandhom storja twila u interessanti u ħafna postijiet ta’ interess storiku, importanza artistika u ġmiel naturali.  Iż-żewġ pajjiżi għandhom żoni balneari attraenti, tagħna fil-Mediterran u tagħkom fuq il-Baħar l-Iswed.  Dawn il-faċilitajiet, flimkien mas-sens ta’ ospitalità spontanja, huma ingredjenti essenzjali għas-suċċess fl-industrija tat-turiżmu li hija waħda mill-pilastri tal-ekonomija taż-żewġ pajjiżi.
Illum,Malta u r-Rumanija huma stati-membri tal-Unjoni Ewropea.  Ir-Rumanija bdiet proċess mhux daqshekk faċli ta’ riforma li, fi żmien relattivament qasir, ippermettielha tissoddisfa l-ħtiġijiet ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea.  Għalkemm ir-Rumanija għadha ma adottatx l-Ewro, inħoss li jixirqilha tifħir għas-suċċessi tagħha u aħna nfissru s-sostenn tagħna għall-isforzi tagħha għal riformi ulterjuri skond ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea.
Minnmindu Malta kisbet l-Indipendenza fl-elf disa’ mija erbgħa u sittin (1964), hija żviluppat b’suċċess ekonomija tas-suq miftuħa, industrija tal-manifattura dinamika u moderna li kull ma tmur issir iżjed imxaqilba lejn is-settur tat-teknoloġija avanzata, it-turiżmu u ħafna servizzi oħra, partikolarment finanzjarji u ta’ trasbord.  Fl-elfejn u erbgħa (2004), Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea u daħlet fiż-Żona Ewro fl-elfejn u tmienja (2008).  Hija l-fehma sħiħa tagħna li s-sħubija fl-Unjoni u l-adozzjoni tal-Ewro kienu fatturi kruċjali għall-ħila ta’ Malta li tegħleb it-taqliba finanzjarja u ekonomika li laqtet l-ekonomija globali fl-aħħar snin, filwaqt li kompliet tiġbed investiment barrani dirett.
SurPresident,
Imwaqqfafl-elf disa’ mija tmienja u sittin (1968), ir-relazzjonijiet bejn Malta u r-Rumanija jistgħu biss jiġu deskritti bħala eċċellenti.  Huma ġew imsaħħa matul is-snin permezz ta’ żjarat f’livell għoli, kompriżi ż-Żjara Statali ġo Bukarest mill-President ta’ dakinhar l-Eċċellenza Tiegħu Dott. Vincent Tabone fl-elf disa’ mija erbgħa u disgħin (1994) u oħra mill-Eċċellenza Tiegħu, is-Sur Ion Iliescu f’Malta fl-elfejn u erbgħa(2004).
Għandnainfrastruttura legali effettiva magħmula minn għadd ta’ ftehim bilaterali li  jirregolaw il-forom varji ta’ kooperazzjoni f’materji li jolqtu l-ħlas ta’ taxxa doppja; it-turiżmu; il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura u x-xjenza; fis-servizzi tal-ajru; u kooperazzjoni kontra l-kriminalità organizzata.  L-iffirmar tal-lum ta’ Protokoll bejn iż-żewġ Ministeri tal-Affarijiet Barranin tagħna sejjer isaħħaħ aktar ir-relazzjonijiet bilaterali.
Bħalastati membri tal-Unjoni, iż-żewġ pajjiżi tagħna jikkooperaw ukoll regolarment fi ħdan l-istrutturi tal-Unjoni Ewropea, partikolarment f’setturi ta’ interess reċiproku.
Dejjemhemm lok għal ammeljorament fil-kuntatti politiċi u skambji parlamentari bejn iż-żewġ pajjiżi.  Settur fejn jistgħu jissaħħu skambji bilaterali jista’ jkun dak bejn deputati parlamentari permezz tat-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ħbiberija Parlamentari bejn Malta u r-Rumanija.
Inħossli r-relazzjonijiet politiċi eċċellenti tagħna għandhom jiġu riflessi aħjar fuq livell ta’ skambji kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.  Għal dawk li huma skambji kummerċjali, kien hemm tnaqqis fl-aħħar sentejn dovut forsi għall-kriżi ekonomika globali.  Wieħed jittama li l-kummerċ jerġa’ lura għall-livell preċedenti u jkompli jiżdied.
Għal dakli hu investiment, intrapriżi Maltin u Rumeni jsibuha ta’ benefiċċju li jesploraw l-opportunitajiet fil-pajjiżi ta’ xulxin.  Setturi ta’ interess jistgħu jkunu t-turiżmu u l-industrija tal-informatika.  Il-ftehim dwar tassazzjoni doppja jista’ jkun ta’ inċentiv f’dan ir-rigward.
Medjata’ madwar sitt elef (6000) ċittadin Rumen żaru Malta fl-aħħar tliet snin u dan huwa inkoraġġanti.  Kemm Malta u kemm ir-Rumanija għandhom ħafna x’joffru lill-viżitaturi fejn jidħlu l-istorja u l-kultura.  Malta hija wkoll destinazzjoni popolari għall-studenti tal-Ingliż minħabba l-iskejjel eċċellenti speċjalizzati fit-tagħlim tal-Ingliż lill-istudenti barranin.  Inħossni fiduċjuż li żgħażagħ Rumeni jsibuha interessanti jesploraw x’korsijiet huma disponibbli.  Dan jinkoraġġixxi li jkun hemm kuntatt dirett bejn iċ-ċittadini tagħna li huwa tant neċessarju sabiex jissaħħaħ l-irbit bejn il-pajjiżi.  L-adeżjoni tar-Rumanija għaż-Żona Schengen fil-futur qarib tiffaċilita aktar l-ivvjaġġar għal skopijiet turistiċi u kummerċjali.
Inħossnisodisfatt ninnota li negozjanti Maltin iltaqgħu mal-kontroparti Rumeni f’Business forum illum.  Id-delegazzjoni Maltija tinkludi uffiċjali mill-korpi kostitwiti kif ukoll rappreżentanti ta’ kumpanniji li jaħdmu fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u legali; is-servizzi tal-kostruzzjoni u l-bini; l-industrija awtomobilistika; l-enerġija rinnovabbli u l-informatika.  Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta ffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija tar-Rumanija.
Seminarbis-suġġett Doing business with Romania jista’ jiġi organizzat Malta fil-futur qarib sabiex jikkumplementa dak li ntlaħaq illum.
Wieħedjittama li dawn il-kuntatti jkunu strumentali fil-ħolqien ta’ relazzjonijiet produċenti bejn negozji Maltin u Rumeni f’oqsma varji tal-ekonomiji tagħna.
SurPresident,
Inħossniottimist li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna se jkomplu jissaħħu aktar fix-xhur li ġejjin fil-livell bilaterali, reġjonali, multilaterali u fil-kuntest ta’ kooperazzjoni fi ħdan strutturi tal-Unjoni Ewropea.
Hijab’din il-prospettiva ottimista li jiena nistieden lil dawk kollha preżenti sabiex iqumu, jerfgħu t-tazzi u jixorbu f’ġieħ ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u r-Rumanija u f’awgurju ta’ prosperità għaż-żewġ popli tagħna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow