DISKORS MILL-EĊĊELLENZA TIEGĦU DOTT. GEORGE ABELA, PRESIDENT TA’ MALTA, WAQT ĊENA STATALI MOGĦTIJA MILL-EĊĊELLENZA TIEGĦU S-SUR TRAIAN BǍSESCU, PRESIDENT TAR-RUMANIJA – BUKAREST - IL-ĦAMIS 7 TA’ OTTUBRU 2010
pr1838
08/10/2010
Eċċellenza President Bǎsescu,
Eċċellenzi,
Sinjuri,
| Nirringrazzjak, Sur President, għas-sentimenti | ġentili li għadek kif esprimejt. Huwa ta’ pjaċir u ta’ unur għalija li nkun fostkom fil-pajjiż sabiħ tagħkom u li napprezza l-ospitalità ġeneruża li biha ġejna milqugħa jiena u d-delegazzjoni tiegħi. F’ismi u f’isem id-delegazzjoni jiena nfisser gratitudni għal din l-ospitalità. |
| Iż-żewġ | pajjiżi tagħna għandhom storja twila u interessanti u ħafna postijiet ta’ interess storiku, importanza artistika u ġmiel naturali. Iż-żewġ pajjiżi għandhom żoni balneari attraenti, tagħna fil-Mediterran u tagħkom fuq il-Baħar l-Iswed. Dawn il-faċilitajiet, flimkien mas-sens ta’ ospitalità spontanja, huma ingredjenti essenzjali għas-suċċess fl-industrija tat-turiżmu li hija waħda mill-pilastri tal-ekonomija taż-żewġ pajjiżi. |
| Illum, | Malta u r-Rumanija huma stati-membri tal-Unjoni Ewropea. Ir-Rumanija bdiet proċess mhux daqshekk faċli ta’ riforma li, fi żmien relattivament qasir, ippermettielha tissoddisfa l-ħtiġijiet ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea. Għalkemm ir-Rumanija għadha ma adottatx l-Ewro, inħoss li jixirqilha tifħir għas-suċċessi tagħha u aħna nfissru s-sostenn tagħna għall-isforzi tagħha għal riformi ulterjuri skond ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea. |
| Minn | mindu Malta kisbet l-Indipendenza fl-elf disa’ mija erbgħa u sittin (1964), hija żviluppat b’suċċess ekonomija tas-suq miftuħa, industrija tal-manifattura dinamika u moderna li kull ma tmur issir iżjed imxaqilba lejn is-settur tat-teknoloġija avanzata, it-turiżmu u ħafna servizzi oħra, partikolarment finanzjarji u ta’ trasbord. Fl-elfejn u erbgħa (2004), Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea u daħlet fiż-Żona Ewro fl-elfejn u tmienja (2008). Hija l-fehma sħiħa tagħna li s-sħubija fl-Unjoni u l-adozzjoni tal-Ewro kienu fatturi kruċjali għall-ħila ta’ Malta li tegħleb it-taqliba finanzjarja u ekonomika li laqtet l-ekonomija globali fl-aħħar snin, filwaqt li kompliet tiġbed investiment barrani dirett. |
| Sur | President, |
| Imwaqqfa | fl-elf disa’ mija tmienja u sittin (1968), ir-relazzjonijiet bejn Malta u r-Rumanija jistgħu biss jiġu deskritti bħala eċċellenti. Huma ġew imsaħħa matul is-snin permezz ta’ żjarat f’livell għoli, kompriżi ż-Żjara Statali ġo Bukarest mill-President ta’ dakinhar l-Eċċellenza Tiegħu Dott. Vincent Tabone fl-elf disa’ mija erbgħa u disgħin (1994) u oħra mill-Eċċellenza Tiegħu, is-Sur Ion Iliescu f’Malta fl-elfejn u erbgħa(2004). |
| Għandna | infrastruttura legali effettiva magħmula minn għadd ta’ ftehim bilaterali li jirregolaw il-forom varji ta’ kooperazzjoni f’materji li jolqtu l-ħlas ta’ taxxa doppja; it-turiżmu; il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura u x-xjenza; fis-servizzi tal-ajru; u kooperazzjoni kontra l-kriminalità organizzata. L-iffirmar tal-lum ta’ Protokoll bejn iż-żewġ Ministeri tal-Affarijiet Barranin tagħna sejjer isaħħaħ aktar ir-relazzjonijiet bilaterali. |
| Bħala | stati membri tal-Unjoni, iż-żewġ pajjiżi tagħna jikkooperaw ukoll regolarment fi ħdan l-istrutturi tal-Unjoni Ewropea, partikolarment f’setturi ta’ interess reċiproku. |
| Dejjem | hemm lok għal ammeljorament fil-kuntatti politiċi u skambji parlamentari bejn iż-żewġ pajjiżi. Settur fejn jistgħu jissaħħu skambji bilaterali jista’ jkun dak bejn deputati parlamentari permezz tat-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ħbiberija Parlamentari bejn Malta u r-Rumanija. |
| Inħoss | li r-relazzjonijiet politiċi eċċellenti tagħna għandhom jiġu riflessi aħjar fuq livell ta’ skambji kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. Għal dawk li huma skambji kummerċjali, kien hemm tnaqqis fl-aħħar sentejn dovut forsi għall-kriżi ekonomika globali. Wieħed jittama li l-kummerċ jerġa’ lura għall-livell preċedenti u jkompli jiżdied. |
| Għal dak | li hu investiment, intrapriżi Maltin u Rumeni jsibuha ta’ benefiċċju li jesploraw l-opportunitajiet fil-pajjiżi ta’ xulxin. Setturi ta’ interess jistgħu jkunu t-turiżmu u l-industrija tal-informatika. Il-ftehim dwar tassazzjoni doppja jista’ jkun ta’ inċentiv f’dan ir-rigward. |
| Medja | ta’ madwar sitt elef (6000) ċittadin Rumen żaru Malta fl-aħħar tliet snin u dan huwa inkoraġġanti. Kemm Malta u kemm ir-Rumanija għandhom ħafna x’joffru lill-viżitaturi fejn jidħlu l-istorja u l-kultura. Malta hija wkoll destinazzjoni popolari għall-studenti tal-Ingliż minħabba l-iskejjel eċċellenti speċjalizzati fit-tagħlim tal-Ingliż lill-istudenti barranin. Inħossni fiduċjuż li żgħażagħ Rumeni jsibuha interessanti jesploraw x’korsijiet huma disponibbli. Dan jinkoraġġixxi li jkun hemm kuntatt dirett bejn iċ-ċittadini tagħna li huwa tant neċessarju sabiex jissaħħaħ l-irbit bejn il-pajjiżi. L-adeżjoni tar-Rumanija għaż-Żona Schengen fil-futur qarib tiffaċilita aktar l-ivvjaġġar għal skopijiet turistiċi u kummerċjali. |
| Inħossni | sodisfatt ninnota li negozjanti Maltin iltaqgħu mal-kontroparti Rumeni f’Business forum illum. Id-delegazzjoni Maltija tinkludi uffiċjali mill-korpi kostitwiti kif ukoll rappreżentanti ta’ kumpanniji li jaħdmu fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u legali; is-servizzi tal-kostruzzjoni u l-bini; l-industrija awtomobilistika; l-enerġija rinnovabbli u l-informatika. Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta ffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija tar-Rumanija. |
| Seminar | bis-suġġett Doing business with Romania jista’ jiġi organizzat Malta fil-futur qarib sabiex jikkumplementa dak li ntlaħaq illum. |
| Wieħed | jittama li dawn il-kuntatti jkunu strumentali fil-ħolqien ta’ relazzjonijiet produċenti bejn negozji Maltin u Rumeni f’oqsma varji tal-ekonomiji tagħna. |
| Sur | President, |
| Inħossni | ottimist li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna se jkomplu jissaħħu aktar fix-xhur li ġejjin fil-livell bilaterali, reġjonali, multilaterali u fil-kuntest ta’ kooperazzjoni fi ħdan strutturi tal-Unjoni Ewropea. |
| Hija | b’din il-prospettiva ottimista li jiena nistieden lil dawk kollha preżenti sabiex iqumu, jerfgħu t-tazzi u jixorbu f’ġieħ ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u r-Rumanija u f’awgurju ta’ prosperità għaż-żewġ popli tagħna. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992