INAWGURAT LABORATORJU DIĠITALI FL-ARKIVJU NAZZJONALI F’GĦAWDEX
pr1833
07/10/2010
| Fl-okkażjoni tal-21 sena | mill-ftuħ ta’ l-Arkivju Nazzjonali fir-Rabat Għawdex u l-Archives Awareness Week, dalgħodu ġiet inawgurata l-wirja L-arkitettura domestika f’Għawdex – wirt dejjem jonqos. Ġiet imnedija wkoll il-Gozo Portrait Gallery fejn ġew mogħtija l-ewwel sitt ritratti ta’ personalitajiet Għawdxin lill-Arkivji f’Għawdex. Matul din l-attivita’, ġie inawgurat laboratorju diġitali, b’investiment ta’ madwar €10,000, li ser jintuża sabiex id-dokumenti fl-arkivju ta’ Għawdex jiġu diġitalizzati. |
| Fid-diskors tagħha waqt | iċ-ċerimonja ta’ l-inawgurazzjoni, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono qalet li s-sistema diġitali ser tfisser li wara li f’Malta bdew joperaw żewġ sistemi simili, issa jmiss li l-arkivji f’Għawdex ukoll ser ikunu aġġornati b’mezzi ġodda tat-teknoloġija ta’ l-informatika. Hija saħqet li dan ser ikun ifisser ukoll li l-wirt arkivistiku Għawdxi ser ikun jista’ jiġi ppriservat aħjar b’mod aktar effiċjenti li joffri aktar aċċess, u possibilment ikun ukoll aċċessibbli bl-internet fil-futur qarib. |
| Il-Ministru Giovanna | Debono qalet li l-wirja tagħti wkoll lok li wieħed jirrifletti dwar il-wirt arkitettoniku domestiku f’Għawdex, li minkejja ċ-ċokon tal-gżira, toffri irkejjen sbieħ u interessanti. Żiedet tgħid li mill-materjal kollu esebit f’din il-wirja, wieħed jista’ jieħu idea tal-materjal ippreservat f’dawn l-arkivji, speċjalment meta wieħed iqis li dawn id-dokumenti huma biss ftit mill-ħafna materjal miksub minn 27 entità li ħafna minnhom huma assoċjati mal-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministru Debono qalet li huwa għalhekk li din il-wirja għandha relevanza mhux biss storika, iżda wkoll soċjali, b’interess speċjali għall Għawdxin |
| Matul din l-attività | tkellmu wkoll l-Assistent Arkivist Nazzjonali, Rev. Dr Joseph Bezzina li ta aktar informazzjoni dwar din il-wirja, u l-Arkivist Nazzjonali Charles Farrugia li tkellem dwar il-21 sena ta’ ħidma. Aktar tard, l-Arkivist Nazzjonali għamel l-għotja ta’ l-ewwel sitt ritratti professjonali ta’ Għawdxin magħrufa, lill-Arkivju Nazzjonali f’Għawdex. |
| Il-wirja | L-arkitettura domestika f’Għawdex – wirt dejjem jonqos tinkludi dokumenti relatati ma’ binjiet f’Għawdex mill-1575 ‘il quddiem kif ukoll ritratti ta’ kwalità li juru l-arkitettura domestika tas-snin l-imgħoddija. Il-wirja se ddum miftuħa sa nhar is-Sibt 22 ta’ Ottubru, mit-Tnejn sas-Sibt bejn it-8.00 a.m. u s-1 p.m. Għal din il-wirja ġie ppubblikat katalgu li jista’ jinkiseb mill-Arkivju stess. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992