TKOMPLI Ż-ŻJARA STATALI TAL-PRESIDENT GEORGE ABELA FIR-RUMANIJA
pr1831
07/10/2010
| Il-President u s-Sinjura | Abela flimkien mad-delegazzjoni tiegħu, dal-għodu żaru l-Monument magħruf bħala l-Unkown Soldier li jikkommemora dawk is-suldati li ħallew ħajjithom waqt kumbattimenti fil-gwerra. Il-President George Abela qiegħed kuruna b’tislima lejn dawk li ħallew ħajjithom. |
| Il-President u s-Sinjura | Abela intlaqgħu mill-President tar-Rumanija, l-E.T Traian Basescu u s-Sinjura tiegħu, mal-wasla tagħhom fil-Palazz ta’ Cotroceni fejn saret iċ-ċerimonja militari u ndaqqew l-Innijiet Nazzjonali tal-pajjiżi rispettivi. |
| Is-Sinjura Abela fi | programm separat flimkien mas-Sinjura Basescu żaru il-Mużew Nazzjonali ta’ Cotroceni, il-Monasteru Stavropoleos u d-Dimitrie Gusti, mużew ieħor nazzjonali. |
| F’konferenza | għall-istampa li għamel, il-President Abela ikkonferma s-sostenn ta’ Malta għad-dħul tar-Rumanija fiż-Żona Schengen. Matul il-laqgħa bejn iż-żewġ kapijiet ta’ Stat, it-taħditiet żvolġew madwar is-suġġett ta’ relazzjonijiet bilaterali fuq livell politiku u ekonomiku kif ukoll fuq relazzjonijiet multilaterali u reġjonali. |
| Mill-Palazz | Presidenzjali ta’ Cotroceni, il-President George Abela u d-delegazzjoni tiegħu żaru lill-Prim Ministru Rumen, Emil Boc, fl-uffiċċju tiegħu. |
| Id-delegazzjoni | kummerċjali u istituzzjonali tat bidu għal Business Forum permezz ta’ indirizz mingħand il-Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija Rumena, Sorin Petre Dimitriu, segwit minn diskors tal-President George Abela (PR 1827 - 07.10.2010). |
| Ġie ffirrmat | Memorandum of Understanding bejn il-Kamra tal-Kummerċ tar-Rumanija u l-Malta Enterprise fejn din tal-aħħar ser torganizza Forum f’Malta dwar it-teknoloġija tal-informatika, l-enerġija rinovabbli, is-saħħa u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Il-Kamra tal-Kummerċ tar-Rumanija se tħeġġeġ il-membri tagħhom sabiex jattendu għal dan is-seminar. |
| Il-President u s-Sinjura | Abela flimkien mad-delegazzjoni tagħhom aktar tard illejla se jattendu għal Ċena Statali fil-Palazz ta’ Cotroceni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992