Left arrow Go Back

TKOMPLI Ż-ŻJARA STATALI TAL-PRESIDENT GEORGE ABELA FIR-RUMANIJA

pr1831
Date Icon 07/10/2010
Il-President u s-SinjuraAbela flimkien mad-delegazzjoni tiegħu, dal-għodu żaru l-Monument magħruf bħala l-Unkown Soldier li jikkommemora dawk is-suldati li ħallew ħajjithom waqt kumbattimenti fil-gwerra. Il-President George Abela qiegħed kuruna b’tislima lejn dawk li ħallew ħajjithom.
Il-President u s-SinjuraAbela intlaqgħu mill-President tar-Rumanija, l-E.T Traian Basescu u s-Sinjura tiegħu, mal-wasla tagħhom fil-Palazz ta’ Cotroceni fejn saret iċ-ċerimonja militari u ndaqqew l-Innijiet Nazzjonali tal-pajjiżi rispettivi.
Is-Sinjura Abela fiprogramm separat flimkien mas-Sinjura Basescu żaru il-Mużew Nazzjonali ta’ Cotroceni, il-Monasteru Stavropoleos u d-Dimitrie Gusti, mużew ieħor nazzjonali.
F’konferenzagħall-istampa li għamel, il-President Abela ikkonferma s-sostenn ta’ Malta għad-dħul tar-Rumanija fiż-Żona Schengen. Matul il-laqgħa bejn iż-żewġ kapijiet ta’ Stat, it-taħditiet żvolġew madwar is-suġġett ta’ relazzjonijiet bilaterali fuq livell politiku u ekonomiku kif ukoll fuq relazzjonijiet multilaterali u reġjonali.
Mill-PalazzPresidenzjali ta’ Cotroceni, il-President George Abela u d-delegazzjoni tiegħu żaru lill-Prim Ministru Rumen, Emil Boc, fl-uffiċċju tiegħu.
Id-delegazzjonikummerċjali u istituzzjonali tat bidu għal Business Forum permezz ta’ indirizz mingħand il-Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija Rumena, Sorin Petre Dimitriu, segwit minn diskors tal-President George Abela (PR 1827 - 07.10.2010).
Ġie ffirrmatMemorandum of Understanding bejn il-Kamra tal-Kummerċ tar-Rumanija u l-Malta Enterprise fejn din tal-aħħar ser torganizza Forum f’Malta dwar it-teknoloġija tal-informatika, l-enerġija rinovabbli, is-saħħa u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Il-Kamra tal-Kummerċ tar-Rumanija se tħeġġeġ il-membri tagħhom sabiex jattendu għal dan is-seminar.
Il-President u s-SinjuraAbela flimkien mad-delegazzjoni tagħhom aktar tard illejla se jattendu għal Ċena Statali fil-Palazz ta’ Cotroceni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow