1,400 ANZJAN JATTENDU Ċ-ĊENTRI TA’ MATUL IL-JUM
pr1829
07/10/2010
| 1,400 anzjan jattendu | 17-il Ċentru ta’ Matul il-Jum li hawn imqassma madwar pajjiżna. Filwaqt li wieħed ma jistax ma jinnutax is-suċċess li dawn iċ-ċentri kisbu matul is-snin huwa tajjeb ukoll li naraw li dan in-numru qiegħed ikompli jiżdied minn sena għal oħra. |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor Mario Galea waqt attivita’ li s-Segretarjat organizza għall-anzjani kollha li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. L-Onor. Galea saħaq dwar l-importanza li l-anzjani jibqgħu attivi fil-komunita’ fejn jgħixu. |
| Fiċ-ċentri ta’ matul | il-jum, apparti li jiltaqgħu ma’ ħaddieħor, l-anzjani jipparteċipaw f’diversi attivitajiet, fosthom ħjata, sports, żfin, kant u drama. Fl-istess ċentri jingħataw ukoll servizzi ta’ fiżjoterapjia, podoloġija u occupational therapy. |
| Fost oħrajn jiġi | wkoll organizzat programm ta’ mixi li jippermetti lill-anzjani biex jagħmlu eżerċizzju flimkien. |
| Din l-attivita’, li | kienet imqassma fuq jumejn, saret bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum L-Anzjan u ttellet fit-teatru tar-Residenza San Vinċenz De Paul. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992