L-impenn favur il-ħarsien u l-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol qed iħalli l-frott tiegħu f’Għawdex ukoll
pr1826
07/10/2010
| L-impenn | favur il-ħarsien u l-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol qed iħalli l-frott tiegħu f’Għawdex ukoll. Dan huwa r-riżultat ta’ skemi speċifiċi li minnhom ibbenefikaw il-ħaddiema Għawdxin kif ukoll minn titjib ġenerali fil-qagħda ekonomika tal-pajjiż li qed iħalli l-effett f’Għawdex ukoll. |
| Dan qalu | l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech waqt li indirizza laqgħa ta’ konsultazzjoni f’Għawdex bħala parti mid-diskussjonijiet ta’ qabel il-budget. |
| Il-Ministru Fenech spjega kif l-ammont ta’ persuni | jfittxu x-xogħol f’Għawdex f’Awissu niżel għal 660, li mhux biss huwa sostanzjalment inqas minn Awissu tas-sena li għaddiet iżda huwa wkoll taħt il-livelli medji tal-2008. Kontribut importanti għal dan ir-riżultat ingħata mill-Employment Aid Programme kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea fejn fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena wassal biex 262 ħaddiem Għawdxi jsibu post tax-xogħol. Il-Ministru rrefera wkoll għall-iskema MicroInvest fejn kumpaniji li jħaddmu anqas minn għaxra min-nies f’Għawdex jingħataw 60% tal-investiment tagħhom lura, inkluż fuq impjiegi ġodda li joħolqu. |
| Għawdex | gawda wkoll minn titjib ġenerali fil-qagħda ekonomika tal-pajjiż, b’mod partikolari mil-livelli pożittivi fit-turiżmu li qed javviċinaw dawk tal-2008. F’termini ta’ persuni li qasmu lejn Għawdex, bejn Jannar u Settembru (3,142,161), l-ammont ma kienx akbar minn dak tal-2009 iżda kien saħansitra aktar mill-2008, li kienet sena rekord, fejn kienu qasmu 3,138,605 passiġġier. Dan jgħodd ukoll għan-numru ta’ vetturi u ta’ vjaġġi li saru. |
| Il-Ministru tkellem ukoll dwar il-budget li jmiss, | fejn sostna li t-tfassil tal-budget ma’ jistax ma jieħux konsiderazzjoni tad-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa f’ambitu Ewropew fejn taskforce preseduta mill-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qed tħejji proposti ġodda dwa is-sostenibbiltà finanzjarja li mistennija jwasslu għall-kontrolli aktar stretti fuq id-defiċits u d-djun tal-pajjiżi. Dan qed isir bl-għan li jiġu evitati kriżijiet bħal ma nqalgħu f’pajjiżi oħra din is-sena. Tonio Fenech qal li l-ħtieġa ta’ budget sostenibbli m’għandhiex tirriżulta biss minn dak li jintlaħaq qbil dwaru fuq livell tal-Unjoni Ewropea iżda wkoll għaliex is-sostenibbiltà tal-finanzi ta’ pajjiż huma mezz ta’ kejl li jintuża mis-swieq fil-mod ta’ kif iħarsu lejn jekk pajjiżna hux attraenti jew le għall-investiment. F’dan il-kuntest, il-Ministru Fenech saħaq li l-għan tal-Gvern huwa li għas-sena d-dieħla d-defiċit jinżel taħt ir-rata ta’ 3%. |
| Wara | l-intervent tal-Ministru Fenech saru wkoll diversi interventi minn numru ta’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Għawdxija. Għall-laqgħa ta’ konsultazzjoni kienet preżenti wkoll il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992