KONFERENZA STAMPA MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANŻJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ DWAR L-GĦARFIEN DWAR IL-KURA TAS-SIDER
pr1821
06/10/2010
| Tul ix-xahar ta’ | Ottubru infakkru għall-darb’oħra lin-nisa kollha dwar l-importanza tal-kura tas-sider. Skond il-Malta National Cancer Register li joħroġ id-Direttorat tal-Informazzjoni u Riċerka fi ħdan dan il-Ministeru, qed ikollna mal-220 kaz tal-kanċer tas-sider fis-sena. 150 mara minn dawn qed jirnexxielhom jegħelbu din il-marda, u jibqgħu jgħixu ħajja mimlija u jgawdu lill-familji tagħhom. Dan is-suċċess huwa dovut għal diversi fatturi. |
| Nibda mis-servizz | eċċellenti li jagħtu dawk il-professjonisti kollha li jispeċjalizzaw fil-qasam tal-kura tas-sider, flimkien mal-multi-disciplinary team kollu kemm hu, fl-isptarijiet tagħna, li jaħdmu f’dan il-qasam, u li minn hawn insellmilhom. Kelli opportunita’ nkun prezenti f’sezzjoni tal-multi disciplinary team u verament bqajt impressjonat bil-mod ta’ kif jahdem. Professjonisti varji jiltaqghu biex jiddiskutu kull kaz prezentat quddiemhom b’ghan wiehed – il-kura u l-fejqan tal-mara li jkun instabilha kancer tas-sider. |
| Success iehor huwa il-Breast | Screening Centre li b’hidma qawwija qieghed jolqot lil grupp ta’ nisa li huma l-ikar f’riskju li jkollhom kancer tas-sider, nisa bejn il-50 u s-60 sena. Billi jilhaq il-marda minn kmieni, il-Breast Screening qed ikun effettiv biex tinghata l-kura mehtiega minn kmieni. |
| Sal-lum madwar 5,000 | mara attendew ghal screening. Minnhom 42 instabilhom kancer. Nixtieq inheggeg biex in-nisa jattendu ghax huwa ferm ahjar li tilhaq bidu ta’ kancer minn kmieni. F’dawn l-ahhar xhur attendew madwar 65% tan-nisa li kienu mistiedna izda ahna rridu li n-numru ta’ dawk li jattendu, jkompli jitla’. Id-dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha ilu għall-aktar minn 15-il sena jagħti messaġġ ta’ prevenzjoni anke fir-rigward tal-kanċer tas-sider. Permezz ta’ kampanji kontinwi, dan id-dipartiment għolla mhux ftit il-livell ta’ għarfien fil-poplu malti dwar dan il-kanċer. Kif ngħidu, bniedem avzat, nofsu armat. |
| Il-messagg huwa car, | hemm bzonn li aktar u aktar nisa jieħdu ħsieb li jezaminaw lilhom infushom regolarment, u mħux jibzghu jgħamlu dan. L-eżami li tagħmel mara fuqha nnifisha huwa l-ewwel pass fid-difiza kontra il-kanċer tas-sider, u huwa rakkomandat li kull mara mill-eta ta’ 20 sena tezamina lilha nnifisha kull xahar. |
| Din is-sena, il-hidma | kontra tal-kura tas-sider bdiet kmieni. Sa mill-bidu tas-sena, kumpanija privata izda b’għan filantropiku, ħasbet fi proġett biex tiġbor fondi li ser imorru għall-kampanja ta’ promozzjoni dwar il-kanċer tas-sider. Din il-kumpanija, Helping Hands, ipproduċiet magazine immirat lejn il-familja li fiħ inkorporat informazzjoni dwar il-kanċer tas-sider. Il-qliegħ minn din ir-rivista ser imur kollu kemm hu għal promozzjoni ta’ ħajja aktar b’saħħitha u li jiffoka fuq il-kanċer tas-sider. |
| Il-kumpanija | rnexxilha tiġbor ‘l fuq minn €10,000, somma tassew sabiħa għal għan daqshekk importanti għan-nisa Maltin u Ghawdxin. U meta ngħid għan-nisa, irrid inzid li għall-familja kollha għax nafu tajjeb li meta mara tiġi milquta mill-kanċer tas-sider, hija l-familja kollha li tiġi affettwata, u b’hekk is-soċjeta kollha. |
| Huwa ppjanat li jsiru | diversi affarijiet b’dawn li flus li nġabru minn Helping Hands. Ser isir programm ta’ outreach, fejn nisa li għaddew mill-esperjenza ser imorru f’postijiet li jiffrekwentaw in-nisa u jitkellmu magħhom u joffru l-messaġġ ta’ prevenzjoni. Thejja materjal għal waqt il-kampanja, bħal m’huma leaflets, biex ifakkru lin-nisa dwar l-istil ta’ ħajja li ghandhom jgħixu u xiri ta’ teaching aids. Ser isiru wkoll avvizi fuq it-television biex inkomplu nfakkru lin-nisa biex jieħdu ħsieb tagħhom infushom. |
| Hawn irrid insemmi l-kontribuzzjoni | li jagħtu iz-zewġ support groups li jaħdmu bla heda f’dan il-qasam, u li llum laqghu l-istedina tieghi biex jinghaqdu maghna bhala front wiehed. Dawn huma il-Breast Care Support Group Europa Donna Malta u l-Action for Breast Cancer Foundation. B’xorti tajba jezistu dawn il-gruppi biex jgħinu lin-nisa Maltin, joffrulhom faraġ u pariri prattiċi li jistgħu jagħtu huma mill-esperjenza tagħom. Huwa pjaċir għalija li nara lilna lkoll naħdmu flimkien għal għan wieħed. |
| Din hija sfida | kontinwa li tolqot lil tant familji. Permezz tal-hidma kollha li semmejt, b’mod kollettiv, nistghu naslu. Irridu nkomplu naħdmu flimkien bl-għan li jkun hawn is-suppport kollhu lil min jenħtieġlu u dejjem aktar kuxjenza u gharfien fuq dan is-suggett. Għandha l-aqwa professjonisti, informazzjoni u support disponibbli għal kullħadd. |
| Jien mhux se naqta’ | qalbi. Din il-battalja hija taghna lkoll ghax nemmen li kollha ghandna kontribut siewi x’naghtu biex aktar nisa jgħixu ħajja b’saħħitha għall-ġid tagħhom u tal-familji tagħhom. Grazzi. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992