Left arrow Go Back

Parteċipazzjoni ta’ Membri Parlamentari fil-laqgħa tal-Assemblea tal-Unjoni Inter-Parlamentari Ewropea

pr1819
Date Icon 06/10/2010
L-Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministerugħar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. Philip Mifsud, flimkien mal-Onor. Joe Mizzi għan-naħa tal-Oppożizzjoni, qed jirrappreżentaw lill-Parlament Malti għall-123 Assemblea tal-Unjoni Inter-Parlamentari.  Din l-Assemblea hi mifruxa fuq tlett ijiem, bejn l-4 u s-6 ta’ Ottubru, u qegħda ssir fil-Kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ginevra fl-Iżvizzera.
F’dinl-Assemblea qed jattendu rappreżentanti parlamentari  minn 153 pajjiż minn kull kontinent madwar id-dinja.
Fostis-suġġetti importanti li qed jiġu diskussi hemm il-problemi relatati ma’ diżastri naturali li minn żmien għal żmien jolqtu pajjiżi differenti fid-dinja.  Dan is-suġġett ġie diskuss b’urġenza u l-għargħar li laqat il-Pakistan dan l-aħħar ittieħed bħala eżempju.
Il-membri tal-Unjoni Inter-Parlamentari enfasizzawil-bżonn ta’ aktar solidarjetà bejn il-pajjiżi f’sitwazzjonijiet bħal dawn.  Suġġetti oħra li qed jiġu diskussi jinkludu l-immigrazzjoniu l-iżvilupp, fejn ġiet diskussa wkoll il-problema tal-immigrazzjonirregolari u l-problemi li din iġġib magħha fuq pajjiżi bħal ma huma dawk tan-naħa t’isfel tal-Ewropa.
Suġġettimportanti ieħor li qed jiġi diskuss waqt din il-123 Assemblea Ġenerali tal-Unjoni Inter-Parlamentari jittratta l-finanzjament tal-partiti, it-trasparenza u l-akkontabiltà.  L-immaniġjar ta’ riżorsi naturali flimkien mat-tibdil demografiku u l-produzzjoni agrikola madwar id-dinja huma wkoll fost is-suġġetti diskussi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow