Il-Prim Ministru jressaq rizoluzzjoni: Kumitat maghzul tal-Kamra tad-Deputati biex jigbor il-fatti fuq rapporti dwar it-trab iswed
| Il-lejla l-Prim Ministru | Lawrence Gonzi ipprezenta rizoluzzjoni biex jitwaqqaf Kumitat Maghzul biex jigbor il-fatti kollha marbuta ma’ rapporti dwar it-trab iswed fin-naha t’isfel ta’ Malta. |
| Dan il-Kumitat se jkun | kompost minn zewg membri min-naha tal-Gvern u zewg membri min-naha tal-oppozizzjoni. Il-Kumitat, li se jkollu l-fakulta’ fost l-ohrajn li jisma u jircievi rapporti minghand esperti inkluz minghand ufficjali tal-MEPA, se jkun presedut mill-Ispeaker jew mid-Deputat Speaker fl-assenza tal-Ispeaker. It-test tar-rizoluzzjoni isegwi - |
RIZOLUZZJONI TAL-PRIM MINISTRU GHALL-HATRA TA’ KUMITAT MAGHZUL BIEX JIRRAPORTA LILL-KAMRA L-FATTI DWAR IT-TRAB ISWED FIN-NAHA T’ISFEL TA’ MALTA
Peress illi din il-Kamra jidhrilha li ghandha tigbor il-fatti kollha marbuta ma’ rapporti dwar trab iswed fin-naha t’isfel ta’ Malta;
Ghaldaqstant, din il-Kamra tad-Deputati qieghda tirrizolvi li tinnomina Kumitat Maghzul minn fost il-membri taghha liema Kumitat Maghzul jkun jista jirregola l-procedura tieghu minkejja kull provediment fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, nkluz li jisma jew jircevi rapporti minghand esperti u ufficjali nkluz esperti u ufficjali tal-MEPA
Il-Kumitat Maghzul ghandu jkun kompost minn zewg membri minn naha tal-Gvern u zewg membri minn naha tal-Oppozizzjoni
Il-Kumitat Maghzul ghandu jkun presjedut mill-iSpeaker tal-Kamra u, fl-assenza tieghu, mid-Deputat Speaker tal-Kamra.
Lawrence Gonzi
Prim Ministru
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992