ĠIEĦ L-ARTIĠĠJANAT
pr1813
05/10/2010
| “L-artiġġjanat Malti | huwa settur importanti, li jgawdi attenzjoni tal-Gvern għax apparti li jagħti kontribut lill-ekonomija, iżomm ħajja dawk is-snajja u ħiliet ta’ missirijietna. F’dan id-dawl għalhekk, ninsabu fil-proċess li nkomplu nniedu miżuri u attivitajiet ġodda maħsuba li jsaħħu dan is-settur, kollha frott il-€200,000 li l-Gvern ivvota għas-settur fil-Budget għal din is-sena.” |
| “Bħala parti minn din | il-kampanja favur għarfien aħjar tas-settur tal-artiġġjanat, il-Gvern qed iniedi għall-ewwel darba il-konkors ‘Premju Ġieh l-Artiġġjanat Malti’. Dan il-premju huwa maħsub li jinkoraġġixxi u jsostni iżjed persuni li jieħdu parti attiva f’dan il-qasam.” |
| L-Onor. Jason | Azzopardi, Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet qal li dan il-konkors ser jagħti l-opportunita’ lill-artiġġjana tagħna jkunu rikonoxxuti tal-ħidma siewa u ddedikata li huma jwettqu. Huwa qal li l-artiġġjanat Malti huwa importanti daqs is-swar li jdawwru l-ibliet tagħna u l-knejjes barokki fl-irħula tagħna, għax dan jixhed storja u identita’ ta’ nazzjon li jaf għeruqu fi tradizzjonijiet millenarji. Huwa saħaq li għalhekk huwa importanti li hekk kif il-Gvern jemmen fil-ħarsien tal-patrimonju kulturali tagħna, u jiddedika bosta riżorsi u enerġija f’dan is-sens, hekk ukoll tajjeb li nħarsu u nsaħħu l-artiġġjanat Malti, għax tassew nemmnu li għandu futur. |
| F’din l-ewwel | edizzjoni ta’ Ġieħ l-Artiġġjanat ser jiġu ppremjati tliet kategoriji differenti li huma: |
| Kategorija A – | Għall-artiġġjani li jkunu nnovattivi u kreattivi fix-xogħol tagħhom. F’din il-kategorija l-ewwel premju fi flus huwa ta’ €25,000. Kategorija B – għan-negozji li jgħinu fil-promozzjoni u bejgħ tal-artiġġjanat Malti. F’din il-kategorija l-ewwel premju fi flus huwa ta’ €10,000. Kategorija Ċ – għall-istituzzjonijiet u ndividwi li jgħinu fil-promozzjoni, riċerka u tagħlim tal-artiġġjanat Malti. F’din il-kategorija l-ewwel premju fi flus huwa ta’ €10,000. |
| Intant ir-rebbieħ | tal-ewwel premju f’kull kategorija ser jingħata l-opportunita’ li jzid il-premju tieghu b’ammont addizzjonali. Dan isehh jekk id-Dipartiment tal-Kummerċ ikun sodisfatt illi fis-sitt xhur li jiġu mmedjatament wara ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni, l-artiġjan, negozju jew istituzzjoni rebbieħa tkun kompliet twettaq investiment biex tittejjeb l-attivita’ artiġjanali. |
| Ser ikun hemm premji | ohra fi flus ghat-tieni post u ta’ konsolazzjoni. |
| Għal aktar | informazzjoni, dawk interessati jistghu jċemplu d-Dipartiment tal-Kummerċ fuq in-numri tat-telephone 25690310 jew 25690329. Formoli ta’ applikazzjoni jistgħu jinġabru mid-Dipartiment tal-Kummerċ jew jitniżżlu mill-website tad-Dipartiment www.commerce.gov.mt jew mill-website tal-Kunsill Malti għall-Artiġġjanat www.mcc.gov.mt. |
| Applikazzjonijiet | jintlaqgħu mid-Dipartiment tal-Kummerċ sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 22 ta’ Ottubru 2010. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992