Left arrow Go Back

Jibdew ix-xoghlijiet tat-twaqqiegh fuq il-Progetti ta’ Bieb il-Belt – pjani godda ghal zieda fil-parkegg

pr1811
Date Icon 05/10/2010
Wara lif’Marzu, l-MEPA approvat id-disinn il-ġdid ta’ Bieb il-Belt, il-bini tal-Parlament il-ġdid, u li jsir spazju miftuħ għall-arti u l-kultura fis-sit tat-Teatru Rjal, illum beda t-twaqqiegħ tal-ħwienet madwar Pjazza Ħelsien.
L-ewwelxogħlijiet li bdew kienu  jikkonsistu f’investigazzjonijiet ġeoloġiċi ta’ l-art fejn se jkun hemm il-bini tal-Parlament u fis-sit tat-Teatru Rjal. L-għan tal- investigazzjonijiet kien biex jiġu stabiliti l-kondizzjonijiet ġeotermiċi taħt l-art, biex kemm jista’ jkun, il-bini tal-Parlament ikun wieħed favur l-ambjent.
Barraminn hekk saret ukoll investigazzjoni ta’ x’hemm bejn il-ħwienet ta’ l-arcades u l-bini ta’ San Ġakbu, kif ukoll investigazzjoni fil-ħwienet ta’ taħt it-taraġ tat-Teatru Rjal.
L-iskavifis-sit tat-Teatru Rjal kixfu diversi fdalijiet tat-Teatru Rjal u kmamar li kienu jintużaw waqt s-serati teatrali.  Dawn ser jiġu restawrati u preservati sabiex jkunu jistgħu jitgawdew minn kulħadd.
L-iskartkollu ġenerat mit-twaqqigħ ser jinħareġ mis-sit mill-mina li hemm taħt Pjazza Ħelsien biex jigi evitat li jkun hemm trakkijiet li jgħaddu mill-qalba tal-Belt, u jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent għall-pubbliku.  Fil-fatt il-ġimgħa li għaddiet tneħħa s-Centre Strip f’parti mill-Foss sabiex it-trakkijiet ikunu jistgħu jgħaddu mill-Foss mingħajr ma jintilef aktar parkegg. Sar ukoll it-twaqqiegħ tal-parti l-ġdida li kienet miżjuda mal-pont tal-ferrovija fil-Foss tal-Belt. Dan kien perikoluż kif ukoll kien qed itellef mill-estetika tal-pont oriġinali.
S’issajidher, għalkemm kien hemm ftit dewmien minħabba l-process tax-xiri u xi appelli, li l-proġett huwa ‘on schedule’.
Danil-proġett flimkien mad-diversi proġetti oħra mwettqa mill-Gvern, fosthom il-pavimentar u oħrajn li għaddejjin bħalissa, bħal Lift tal-Barrakka, ser jagħmlu l-Belt aktar aċċessibbli u tingħata d-dinjità li jixirqilha.

Parkeġġ

Waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru Austin Gatt ħabbar li Transport Malta diġa’ applikat mal-MEPA għal tliet siti oħra biex jiżdied il-parkeġġ. Dawn huma:

·     estensjoni tal-Park and Ride eżistenti,

·     it-trasformazzjoni tal-Grand Stand fix-Xagħra tal-Floriana (li waħedha ser tesa’ 200 karozza) u

·     parti fil-foss ta’ San Ġakbu (li tesa’ 130 karozza oħra).

Danifisser li l-ammont ta’ spazji għall-parkeġġ madwar il-Belt Valletta hu t-triplu ta’ dak li ttieħed mill-proġett ta’ Bieb il-Belt.
Il-Gvernser ikompli  jinforma lill-pubbliku b’dak kollu li jkun għaddej u li jkun ta’ interess pubbliku.  Dan qed nagħmluh ukoll mal-Komunità Kummerċjali tal-Belt biex ix-xogħlijiet isiru bl-anqas inkonvenjent possibbli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow