Tgħallem Aktar, Ittimbra Inqas
pr1809
05/10/2010
| Fl-okkazjoni | tal-Jum dedikat għas-saħħa mentali, li se jiġi ċċelebrat il-Ħadd 10 ta’ Ottubru 2010, diversi professjonisti mill-isptar Monte Karmeli se jkunu qed jiltaqgħu mal-pubbliku sabiex titwassal aktar informazzjon dwar is-saħħa mentali. |
| Bit-tema | “Tgħallem Aktar, Ittimbra Inqas”, din il-kampanja ta’ informazzjoni se tibda nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ottubru 2010 u tibqa’ sejra sal-Ħadd 10 ta’ Ottubru 2010. |
| Matul | is-snin, l-Isptar Monte Karmeli, permezz ta’ professjonisti varji, kiseb u uża esperjenza li issa qed tintuża wkoll barra mill-isptar, fil-komunita’. Dan issarraf f’eluf ta’ persuni li qed jingħataw il-kura li għandhom bżonn fl-istess, jew qrib, komunita’ li huma jgħixu fiha. |
| L-isptar | huwa wkoll kommess li jara li l-istigma li taffettwa l-dan is-settur tkompli titnaqqas; u li tingħata informazzjoni f’waqta u ta' min joqgħod fuqha huwa l-aktar mezz effikaċi. |
| Għalhekk, il-professjonisti tal-Isptar Monte Karmeli | se jkunu f’dawn il-postijiet li ġejjin, biex jagħtu informazzjoni u jirrispondu għall-mistoqsijiet tal-pubbliku: |
| 7 u 8 ta' Ottubru bejn it-8:00am u | l-5pm - Il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’, Merchants Street, il-Belt Valletta |
| 7 u 8 ta' Ottubru bejn id-9am u | is-7pm u 9 ta' Ottubru bejn id-9am u is- 1pm – Pjazza Assedju l-Kbir (faċċata tal-Qorti), il-Belt Valletta |
| 8 u 9 ta' Ottubru bejn l-10:00am u | 7:30pm – The Point, Tigne’, Tas-Sliema |
| 9 u 10 ta'Ottubru bejn l-10am u 8pm | – Baystreet, Paceville. |
| 6, 7, 8, 9, 10 ta' Ottubru | - Qabel il-kunċert ta’ Voices, f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, fil- Belt Valletta. |
| 9 ta' Ottubru bejn it-3pm u l-10pm u | l-10 ta' Ottubru bejn 9am u 10pm - fil-Fiera tal-Hut Tropikali, fl-Isptar Monte Karmeli. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992