Left arrow Mur Lura

Il-President George Abela jiltaqa’ mal-Principali u l-kapijiet ta’ l-iskejjel

pr1808
Date Icon 05/10/2010
Il-Piggy Bank Campaignhija l-ewwel attivita’ b’rizq L-Istrina li tinvolvi b’mod dirett lit-tfal. Is-sena l-ohra din il-kampanja irrendiet 75,000 ewro b’risq l-Istrina 2009.
Din il-kampanja tirrikjedi impenn minn hafna setturidifferenti. Il-Girl Guides minn gimghat ilu bdew inaddfu u jaghmlu f’kaxxi il-piggy banks u bejn il-11 u l-15 t’Ottobru jibda t-tqassim  ghall-iskejjel ta’ Malta u Ghawdex, skejjel tal-gvern, tal-knisja u dawk tal-privat.
L-Armata taghtikontribut billi toffri trasport sabiex jitqassmu mal-iskejjel kollha. Fid-19 t’Ottubru, s-Sinjura Abela ufficjalment izzur l-ewwel skola fejn jigi spjegat lit-tfal l-impenn taghhom fil-karita’ u jifhmu iktar x’inhi l-missjoni tal-Malta Community Chest Fund permezz ta’ recta mtella’ mid-drama unit u drama centre.
Meta kien qed jindirizzalill-Principali u l-Kapijiet ta’ l-iskejjel f’Malta u Ghawdex waqt laqgha li saret fil-Palazz il-Belt, bi tnedija ghall-attivita’ tal-Piggy Bank Campaign, il-President George Abela qal li :  “Din is-sena ghazilna li l-Motto ta’ l-Istrina 2010 jkun L-istrina…Mill-qalb! Kollox gej mill-qalb, jekk ma thossx minn qalbek li trid tghin, dak li tkun se taghmel ma jirnexxix. L-ikbar valur li hareg mill-Istrina tas-sena l-ohra kien, li kienet Strina bla rigali u dan zrajnih fit-tfal taghna u b’hekk qed nibnu generazzjoni ghall-futur b’dawn il-valuri.”
Il-President Abela temmjghid illi “Intom il-kapijiet tal-iskejjel qed igorru din ir-responsabilta’ ghax intom l-edukaturi. Grazzi lilkom, it-tfal ipprezentaw somma sabiha qabel l-Istrina, li lilna indikatilna x’kien se jkun ir-rizultat tal-Istrina 2009. Illum qed nerga’ nitlobkom sabiex tergghu tidhlu ghal dan l-impenn b’dedikazzjoni.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow