Messaġġ mill-Ministru tal-Edukazzjoni Xogħol u l-Familja fl-okkażjoni ta’ Jum l-Għalliema
pr1807
05/10/2010
| Ftit jiem biss bogħod | mill-ftuh ta’ sena skolastika u sena akkademika ġdida, insellem lill-għalliema kollha Maltin u Għawdxin f’dan il-jum dedikat lilhom. |
| Eluf ta’ għalliema, ta’ | kull fil-għodu, jieħdu fil-kura u taħt ir-responsabbilta tagħhom eluf ta’ studenti fl-iskejjel statali, tal-knisja, jew privati biex jgħaddulhom tagħlim u tagħrif li jrid iwassalhom biex isiru ċittadini denji ta’ dan il-pajjiż. |
| Il-professjoni | tal-għalliema hi professjoni nobbli li titlob impenn u responsabbilta’ minn dawk li jidħlu għaliha. Minnhom jiddependi l-futur tal-ġenerazzjonijiet ta’ tfal u żgħażagħ li minn eta’ bikrija sal-adoloxxenza u ‘l hinn minn hekk ukoll, jimlew bil-ħajja l-klassijiet, l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi ta’ pajjiżna. |
| Għalkemm l-ewwel dover | għat-tagħlim tal-ulied jibqa’ dak tal-ġenituri, l-għalliema jibqgħu fattur importanti u deċisiv fl-iżvilupp tal-karattru u tal-edukazzjoni tat-tfal li magħhom jagħmlu kważi terz tal-ġurnata. |
| Bit-taħriġ li jieħdu u | bl-għodod moderni għat-tagħlim li l-lum għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kif ukoll bl-għajnuna u s-sehem ta’ professjonisti oħra li l-lum għandna fl-iskejjel tagħna, l-għalliema huma fl-aħjar pożizzjoni biex iħallu effett pożittiv u jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ kull student u studenta li jgħaddu mill-klassijiet tagħhom. |
| Il-Gvern għaraf is-sehem | importanti tal-għalliema fil-ħajja tal-istudenti u fl-iżvilupp tal-pajjiż tant li wara li għolla x-xogħol tagħhom għal professjoni, baqa’ minn żmien għal żmien jinvesti fit-taħriġ professjonali tagħhom kif ukoll f’titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom kif jixhed l-aħħar ftehim milħuq ftit xhur ilu mal-union tagħhom. |
| Għalhekk, f’Jum l-Għalliema, | il-messaġġ tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni, ix-Xogħol u l-Familja hu biex l-għalliema Maltin u Għawdxin jibqgħu leali lejn il-wegħda li għamlu meta ngħataw il-warrant ta’ għalliema. |
| Dakinhar wegħdu li | jgħożżu u jirrispettaw lill-istudenti kollha li jkunu nkarigati minnhom; li jagħrfu l-individwalita’ tal-istudenti u jaċċettawhom kif inhuma u jagħmlu mill-aħjar biex jgħinuhom jiżviluppaw it-talenti taghom. L-għalliema jwegħdu wkoll li jrawwmu fl-istudenti l-kapaċita’ li jitgħallmu weħidhom, li jsaħħu kultura fejn l-abbuż verbali, emozzjonali u fiżiku ma jkunux aċċettati u li jkunu ta’ eżempju ħaj għall-istudenti kemm morali, soċjali u edukattiv. |
| Jekk l-għalliema kollha | jżommu din il-wegħda il-pajjiż jibqa’ jgħolli l-livell tal-edukazzjoni tiegħu li jassigura li ż-żgħażagħ tagħna isibu x-xogħol li jixirqilhom u jiggarantilhom livell ta’ ħajja aħjar biex hekk ikollna familji aktar sodi, kuntenti u ferħana. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992