IMFAKKAR L-40 ANNIVERSARJU TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA
pr1804
04/10/2010
| Fl-okkażjoni tal-erbgħin anniversarju tal-Forzi | Armati Maltin, ġiet organizzata ‘mini open day’ mill-Armata fil-port tal-Imġarr f’Għawdex. Għal din l-okkażjoni l-pubbliku seta’ jitla’ fuq dgħajjes tal-għassa tal-kosta u vetturi oħra li kienu sorġuti fil-port tal-Imġarr. Fl-attività pparteċipaw fost oħrajn membri Għawdxin fil-1st Regiment Gozo Company tal-Forzi Armati ta’ Malta. |
| Ġew | organizzati wkoll żjajjar uffiċjali mill-Aġent President tar-Repubblika Anton Tabone kif ukoll mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. Huma ġew milqugħa mill-Kmandant tal-Forzi Armati, il-Brigadier Martin Xuereb flimkien ma’ uffiċċjali oħra tal-armata, u kienu akkumpanjati abbord il-patrol boat li kienet sorġuta ħdejn il-moll numru 3. |
| L-attrazzjonijiet fil-port tal-Imġarr ġew miżjuda | b’żewġ wirjiet imtellgħa mill- Air Wing u l-Maritime Squadron tal-istess armata. Saret dimostrazzjoni ta’ salvataġġ b’ħelikopter filwaqt li aktar tard sar Board and Search display minn membri ta’ l-RDT (Rapid Deployment Team). |
| Dawn | l-attivitajiet mhux tas-soltu kienu ta’ attrazzjoni għal dawk li kienu fil-port tal-Imġarr kif ukoll għall-passiġġieri li kienu qed jaqsmu l-fliegu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992