Left arrow Mur Lura

Il-President u s-Sinjura Abela fi zjara ufficjali fl-Isla

pr1803
Date Icon 03/10/2010
“Din il-belt iffaccatl-assedju l-kbir u wkoll  rrnexxielha ma tigix mirbuha fil-gwerra u f’dawk iz-zmenijiet kienet it-tieni l-iktar belt importanti. L-Isla haddnet pozizzjoni strategika fid-difiza ta’ Malta. Fil-fatt dal-forti jfakkarni f’Cipru, ghadni kif kont mistieden ghac-celebrazzjonijiet tal-50 sena minn meta Cipru kiseb l-Indipendenza, l-unika pajjiz fl-Unjoni Ewropea li  ghadu maqsum, Cipriotti Torok u Cipriotti Griegi. Parti minn Cipru ghadha f’idejn it-Torok, parti ohra b’bazi Ingliza u parti zghira li tippartjeni lic-Cipriotti. Hajt li jifred lil istess poplu. Ahna niccelebraw it-tluq tal-bazi Ingliza u rrnexxielna nkunu poplu wiehed u mhux poplu maqsum. Meta tara l-haddiehor tapprezza iktar din il-gawhra li ghandna. Ghandna piki fejn jidhlu festi, politika jew futbol imma ahna poplu wiehed u rriedu nahdmu sabiex nibqghu poplu wiehed . Hafna hakkiema ghaddew minn hawn imma l-identita’ taghna dejjem zammejniha u dejjem urejna li ahna poplu maghqud.”
Dan qalu il-PresidentGeorge Abela waqt iz-zjara ufficjali  li ghamel mas-Sinjura Abela gewwa l-Isla. Fil-bidu tal-gimgha ltaqa’ mal-ghaqdiet u assocjazzjonijiet u tkellem maghhom dwar il-hidma li jaghmlu gewwa l-Isla. Iz-zjara tallum bdiet b’quddiesa fejn wara l-President u s-Sinjura Abela kellhom ic-cans jiltaghqu mal-parruccani tal-Isla fuq iz-zuntier. Wara is-Sinjura Abela iltghaqet mal-grupp Gwardjola li jiehdu hsieb persuni bi bzonnijiet specjali. Il-President Abela iltaqa’ mal-membri tas-Socjeta’ Filarmonika La Vincitrice u l-President Dr. Vincent Zammit ghamel kelmtejn tal-okkazjoni.
Il-President flimkienmas-Sinjura Abela ghamlu zjara wkoll lid-Dar tal-Anzjani Sant’ Anna u z-zjara giet fi tmiemha fil-gnien tal-gardjola  f’nofs il-port il-kbir fejn setghu jammiraw il-veduta mill-isbah. Grupp Senglean ghamel wirja ta’  xoghlijiet bl-idejn  u n-nursery tal-futbol ghamlu esebizzjoni b’xi ezercizzji fizici.
Is-Sindku s-Sur JosephCasha, irringrazzja lill-President u s-Sinjura Abela  talli zaru din il-belt tal-Isla, belt bi storja kbira, u esprima l-apprezzament tieghu lejn il-President Abela ghall-hidma kontinwa tieghu, anki permezz tal-inizjattiva b’ attivitajiet differenti  sabiex b’hekk jghaqqad iktar lill-poplu.
Il-President Abelarringrazzja lis-Sindku u lill Kunsilliera kollha tal-mod li bih organizzaw iz-zjara u wkoll wera apprezzament lejn il-hidma kontinwa mill-membri kollha tal-ghaqdiet.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow