Left arrow Mur Lura

Maratona ta’ St. Vincent de Paul Running Group bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Isport

pr1802
Date Icon 03/10/2010

Maratona ta’ St. Vincent de Paul Running Group bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Isport

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u SportClyde Puli il-bieraħ żar il-maratona organizzata mis-St. Vincent De Paul Running Group. Din il-maratona tiġi organizzata kull sena fil-viċinanzi tar-residenza ta’ San Vincenz de Paul u din is-sena saret ġurnata wara l-Jum Internazzjonali tal-Anzjani.
Għall-ewwel darba, din il-maratona ġiet organizzatamis-St Vincent de Paule Running Group bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Isport u nfetħet mhux biss għall-impjegati ta’ San Vincenz, iżda wkoll għar-residenti tad-djar tal-anzjani. Dan sar bl-għan li l-parteċipazzjoni fl-attività fiżika u l-isport tkompli titwessa kemm mal-ħaddiema kif ukoll mall-anzjani.
Il-maratona, bit-tema ‘Iġri għal qalbek’kienet tinkludi żewġ ġirjiet. Bħas-soltu, il-1Km saret mad-dawra ta’ San Vinċenz fuq ġewwa, filwaqt li l-5Km kienet fit-toroq u bdiet  u spiċċat ħdejn il-bieb prinċipali tar-residenza. Dawn it-tlielaq kienu miftuħa għal kulħadd irrispettivament mill-età u s-sess tal-parteċipanti.
Fil-fatt din is-senafil-ġirja tal-kilometru ħadu sehem 200 parteċipant u fil-ġirja ta’ 5 KM ħadu sehem 207 parteċipant. Ta’ min jinnota li aktar minn 40 parteċipant kienu anzjani li għandhom il-fuq minn 60 sena.
Fi-tmiemil-maratona, is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli qassam trofej lir-rebbieħa u l-parteċipanti f’din il-maratona. Preżenti kien hemm ukoll l-Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, Peter Micallef.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow