JIBDA B'SUCCESS IS-SUQ TAL-BDIEWA
pr1801
02/10/2010
| Dalgħodu | l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino flimkien mal-Assistent Parlamentari Philip Mifsud żaru l-ewwel suq tal-bdiewa organizzat mill-Ministeru. Mijiet ta’ familji telgħu Ta’ Qali sabiex igawdu mill-offerti vantaġġjużi u minn prodotti agrikoli friski li l-bdiewa u r-raħħala preżenti offrew lill-konsumaturi. Din l-esperjenza qed twassal ukoll biex il-bidwi jattrezza ruħu u jifhem dejjem aħjar l-għażliet tal-konsumaturi. |
| Il-Ministru Pullicino rringrazzja lil parteċipanti | kif ukoll lil dawk kollha li japprezzaw ix-xogħol tal-bdiewa u r-raħħala u li dalgħodu għoġobhom jixtru l-prodotti lokali. Il-Ministru Pullicino enfasizza li l-prodott agrikolu lokali hu frsik, ġenwin, ta’ kwalita u jasal fid-djar tagħna mill-għalqa tal-bidwi fi ftit ħin. |
| Dan | is-suq mill-bdiewa f’Ta Qali se jibda jitella’ kull nhar ta’ Sibt bejn id-9am u l-5pm u kull nhar ta’ tlieta bejn l-4pm u s-7pm. Il-konsumaturi qed ikollom għażla ta’ prodotti friski lokali varjata. F’dan is-suq wieħed isib ukoll varjazzjoni ta’ tiġieġ u majjal lokali u prodotti tipiċi maltin bħal bigilla, tadam imqadded, ġbejniet u tant aktar direttament mingħand il-bdiewa u r-raħħala tagħna. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992