STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr1799
01/10/2010
| Impenn favur inizjattivi li jsostnu l-bilanċ bejn | il-familja u x-xogћol B’referenza gћall-Istqarrija ppubblikata llum mill-Malta Confederation of Women’sOrganisations, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jixtieq jikkoregi l-interpretazzjoni zbaljata (misquote) mogћtija gћall-kummenti li gћadda l-Ministru Tonio Fenech dwar is-suġġett waqt business breakfast il-bieraћ. Il-messaġġ tal-Ministru Tonio Fenech kien proprju li biex l-ekonomija Maltija tkompli tiżviluppa u tikber jeћtieġ li aktar persuni, b’mod partikolari n-nisa, jidћlu fis-suq tax-xogћol. Il-Ministru stess irrikonoxxa li sfortunatament, l-istruttura tradizzjonali tal-ћinijiet ta' l-iskejjel kif ukoll ta' l-attivitajiet extra-skolastiċi, fosthom lezzjonijiet ta’ tagћlim reliġjuż, sport, arti u drama jsiru tard wara nofsinhar u filgћaxija b’mod li jkun diffiċli gћaż-żewġ ġenituri li jlaћћqu ma’ impjieg full-time u l-bżonnijiet ta’ uliedhom. Gћalhekk, il-Ministru qal li gћandu jkun hemm diskussjoni wiesa’ dwar dan is-suġġett ma l-istakeholders kollha biex il-mod kif is-socjeta’ torganizza lilha infisha tippermetti lin-nisa jahdmu full-time waqt li l-familja jkolla quality time flimkien flok sempliciment giri minn post ghall-iehor. |
| L-istqarrija b'mod zbaljat tati x’jifhem li l-Ministru | faћћar lil min jagћżel li jibqa’ d-dar. Dan mhux minnu. Gћall-kuntrarju , huwa qal li jammira u jirrispetta wkoll dawk l-ommijiet li gћal perjodu speċifiku ta’ ћajjithom jiefqu gћal ftit zmien mix-xogћol sabiex jagћtu aktar mill-hin taghhom ghat-trobbija ta' uliedhom, biex imbagћad jerġgћu jibdew jaћdmu wara li uliedhom ikunu laћqu ċertu età. Dan bl-ebda mod ma jista’ jittieħed bħala kumment kontra min jagħżel li jaħdem. Il-Ministru qal li hi l-politika tal-Gvern li jintroduċi aktar family friendly measures biex aktar nisa jkollhom l-għażla u jkunu jistgħu joħorgu jaħdmu. Huwa rrefera b'mod partikolari ghall-investiment f'child care centres kif ukoll l-inizjattiva ta' ћelsien mit-taxxa ghal sena ghal dawk in-nisa li jidhlu jaћdmu wara li jkollhom it-tfal. |
| Il-Ministru | Fenech jemmen fi dritt ta' l-għazla tal-ġenituri, dwar kif isibu il-bilanc bejn ix-xoghol u l-familja, pero sahaq li meta nitkellmu fuq family friendly measures ma rridux nahsbu biss fil-genituri imma ukoll fit-tfal, u l-impatt li dan jista jkollu wkoll fuqhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992