Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-PM, L-ONOR LAWRENCE GONZI, FL-OKKAŻJONI TAL-GĦOTI TAL-MALTA GOVERNMENT SCHOLARSHIPS’ SCHEME – POSTGRADUATE SCHEME U L-ISCHOLARSHIPS TAĦT L-ISKEMA STEPS, FIĊ-ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI, VALLETTA – IL-ĠIMGĦA,  1 TA’ OTTUBRU

pr1798
Date Icon 01/10/2010

Mistednin Distinti,

Studenti,

Ġenituri,

Sinjuri,

Huwadejjem ta’ sodisfazzjon għalija bħala Prim Ministru li nkun preżenti għal din iċ-ċerimonja.  Dan sar appuntament annwali li nkun ħerqan għalih għax l-għoti tal-ischolarships u dan l-investiment fil-futur tagħkom jixhed is-sbuħija tal-politika u jikkonferma li l-politika hi għodda b’saħħitha biex nagħmlu differenza fil-ħajja tal-poplu Malti.  Hija wkoll ċerimonja li tiġbor fi ħdanha numru ta’ emozzjonijiet differenti.
Studentimimlijin enerġija biex ikomplu bl-istudji tagħhom.  Ġenituri kburin bit-tfal tagħhom.  U aħna l-politiċi determinati li nkomplu ninvestu fikom u fil-pajjiż.
Dantal-lejla hu avveniment importanti.  Hi ċelebrazzjoni tal-akbar investiment li jista’ jagħmel gvern u pajjiż.  Qegħdin illum niċċelebraw investiment ieħor fl-edukazzjoni, fil-poplu u fl-individwu.  Bit-tkomplija u l-estensjoni tal-ischolarships, il-Gvern qiegħed jinvesti fil-futur ta’ pajjiżna.
Wasalnafejn qegħdin illum - pajjiż żgħir żviluppat u fost l-aktar kompetittivi fid-dinja - għax investejna fil-poplu tagħna.  L-edukazzjoni kienet il-prijorità assoluta għalina u ġabet magħha rivoluzzjoni siekta.
Twaqqfuindustriji f’pajjiżna li sa ftit snin ilu lanqas konna nimmaġinaw li jiġu Malta.  Il-produzzjoni u r-riċerka fil-farmaċewtika, il-manutenzjoni tal-ajruplani, kumpaniji internazzjonali tal-informatika u manifattura ta’ valur miżjud għoli fost l-oħrajn.
Dankollu kien possibbli għax pajjiżna dejjem għaraf l-importanza tar-riżorsa umana.

Fl-edukazzjoni sibna l-milja tagħna. 

Investejna għax emminna u nemmnu fil-potenzjaltal-poplu Malti.  Potenzjal li intom hawn miġbura, kif ukoll dawk kollha li ħadu scholarships minn meta twaqqfu fl-2006, tixduh.
Potenzjal li komplew jikkonfermawh it-tliet studentili tkellmu qabli kif ukoll dawk li pparteċipaw fl-ewwel ċerimonja li saret it-Tlieta u fir-reseach symposium li ġie organizzat l-Erbgħa.  Kull student li tkellem u ppreżenta r-riċerka tiegħu, kull student li ħa scholarship, intom mil-lum qed tfasslu l-futur ta’ pajjiżna.
Intomkollha tippersonifikaw l-investiment li qed isir ġewwa Malta.
L-investiment f’pajjiżna imur lil hinn minn ammontfinanzjarju.  Ħafna drabi niffukaw wisq fuq il-miljuni u ċ-ċifri mingħajr ma nagħtu l-importanza lir-ruħ tal-investiment.  Kull investiment għandu l-bażi u l-iskop tiegħu fin-nies.  L-investiment joħloq ix-xogħol għaż-żgħażagħ tagħna kif ukoll jistimula r-riċerka biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna u tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna.
Eżempjukonkret huwa l-life science’s park li se jkun qed isir mill-Gvern b’investiment ta’ €20 miljun.  Però illejla bid-diskorsi kemm ta’ Gianluca, Robert u Owen nistgħu nifhmu li dan l-investiment se jmur lil hinn minn dawn l-€20 miljun.  Se jkun qed joffri spazju għal żgħażagħ bħalkom li jkomplu jaħdmu fil-qasam tar-riċerka medika u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.  B’dan il-mod l-investiment f’kull wieħed u waħda minnkom se jkun qed jissarraf permezz tal-kontribut tagħkom lis-soċjetà u l-ekonomija in ġenerali.
Dan hux’ifisser investiment - opportunità biex il-poplu jilħaq il-potenzjal u l-aspirazzjonijiet kollha tiegħu f’oqsma differenti.
Biexpajjiżna jkompli jattira lejh investiment ta’ valur miżjud għoli u li joħloq ix-xogħol għaż-żgħażagħ tagħna rridu nkomplu ninvestu fl-edukazzjoni.
Il-Gvernqiegħed jinvesti f’kull livell tal-edukazzjoni.  Minn skejjel ġodda fil-primarja u s-sekondarja għall-investiment fl-apparat u fl-għalliema fl-iskejjel tagħna.  Investiment li qed jiġi sostnut ukoll fl-Università u l-MCAST bl-għajnuna anki ta’ fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea.  Hekk biss nistgħu nkomplu nsostnu l-iżvilupp ta’ pajjiżna fil-futur.
L-iskematal-ischolarships, li din is-sena mill-2006 sa issa ngħataw kważi 1,100 scholarship hija biss ħolqa waħda f’katina ta’ inizjattivi.  Ma rridux nilludu ruħna li dan biżżejjed.  Kif qal tajjeb ir-rettur, irridu nkomplu nirsistu biex din ir-riċerka li qed ninvestu fiha tkompli tkun ta’ sostenn għall-iżvilupp ta’ pajjiżna.
Għal danil-għan il-Gvern qed ikompli jestendi l-iskema tal-ischolarships.  Pass strateġiku li ħadna kien li offrejna wkoll scholarships għal min irid jagħmel dottorat permezz ta’ distance learning.  Ir-riżultat rajnieh.  Erbatax-il mara qed jibbenefikaw minn din l-iskema din is-sena.

Sinjuri,

Intomil-protagonisti tal-viżjoni tagħna.  Intom qed tagħtu ħajja lill-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern.  Intom qed timplimentaw il-politika tal-Gvern.
Dintal-lejla hi ċelebrazzjoni tagħkom u tal-familji tagħkom hawn miġbura.  Hija wkoll ċelebrazzjoni tas-sistema edukattiva Maltija kollha.  Qegħdin hawn grazzi għall-pedament li bnejtu matul is-snin frott l-investiment u l-għalliema professjonali tagħna.  Għalhekk f’isem il-Gvern u l-poplu Malti nixtieq nirringrazzja lill-għalliema kollha li tul dawn is-snin b’tant dedikazzjoni u imħabba kellhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-poplu Malti u tal-pajjiż.
Żviluppli jrid ikompli u jrid jiġi sostnut.  Il-preżenza tagħkom illejla timla’ lili u lill-Gvern b’kuraġġ fil-ħidma tagħna għall-ġid tal-poplu u ta’ pajjiżna.

Grazzi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow