AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND SOĊJALI EWROPEW (FSE)
| AVVIŻ PRELIMINARI | DWAR SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND SOĊJALI EWROPEW (FSE) |
| L-Awtorita` ta’ Ġestjoni f’Malta għall-Politika ta’ | Koeżjoni 2007-2013, id-Dipartiment għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jixtieq jgħarraf li fil-ġimgħat li ġejjinse jniedi sejħa għall-proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007-2013. |
| Applikanti eliġibbli se jkunu mistiedna | biex jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorita’ li ġejjin tal-Programm Operattiv II: ‘Insaħħu Ħilitna għal Aktar Impjiegi u Kwalitá ta` Ħajja Aħjar.’ |
| Assi ta’ Prijorita’ 2: | Ninvestu fl-Impjegabbilta’ u l-Adattabbilta’ tal-Ħaddiema. |
Is-Setturi Kollha. Allokazzjoni Finanzjarja Totali: €10 miljuni.
Assi ta’ Prijorita’ 4: Insaħħu l-Kapaċitajiet Istituzzjonali u Amministrattivi.
Is-Setturi Kollha. Allokazzjoni Finanzjarja Totali: €13.5 miljun.
Is-sejħa nnifisha kif ukoll id-dettalji dwar is-Sessjonijiet ta’ Informazzjoni relatati se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin fuq il-midja lokali, kif ukoll fuq il-paġna elettronika tal-PPCD www.ppcd.gov.mt/calls_all. Il-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata mas-sejħiet (inkluża l-lista tal-azzjonijiet eliġibbli) se jkunu aċċessibli fuq din l-istess paġna ladarba tiġi mnedija s-sejħa.
Aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD www.ppcd.gov.mt jew mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt.
Dan huwa avviż preliminari li qed isir sabiex jagħti żmien biżżejjed għat-tħejjija tal-proġetti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992