3,370 student ġdid bdew Korsijiet fl-Universita’ llum
pr1793
01/10/2010
| 3,370 | student ġdid, - 1,982 tfajliet u 1,388 ġuvintur – dal-għodu bdew korsijiet fl-Universita’ ta’ Malta f’31 Fakulta’ jew Istitut differenti. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, | Dolores Cristina attendiet għall-ftuħ tas-sena akkademika b’ċerimonja li fiha sar diskors mir-Rettur ta’ l-Universita’, il-Professur Juanito Camilleri u l-President tal-Kunsill Studenti Universitarji, Carl Grech. Wara saret quddiesa bis-sehem ta’ saċerdoti li huma membri tal-istaff akkademiku. |
| Fil-Fakulta tal-Arti li toffri 11-il kors li jvarjaw | minn Diploma sa Dottorat, bdew 335 student; fil-Fakulta’ tal-Ambjent Mibni bdew 80 student; fil-Fakulta’ tad-Dentistrija bdew 16-il student u fil-Fakulta tal-Ekonomija, Management u Accountancy bdew total ta’ 671 student, l-akbar numru. |
| 422 | student bdew korsijiet fil-Fakulta’ tal-Edukazzjoni u 90 oħra fil-Fakulta’ tal-Inġinerija. Bdew ukoll 102 studenti fil-Fakulta tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u Komunikazzjoni u 297 fil-Fakulta’ tal-Liġi. |
| Il-Fakulta tal-Mediċina u l-Kirurġija din is-sena se | jkollha 250 student li bdew korsijiet ġodda filwaqt li għat-Teoloġija daħlu 31 student. |
| Fl-Istitut tal-Kriminoloġija bdew il-korsijiet | tagħhom 29 persuna; f’dak tal-Earth Systems 8; u ħames studenti bdew kors fl-Istitut tal-Iżvilupp Sostenibbli filwaqt li 27 student bdew kors fl-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli.. |
| Fl-Istitut Edward deBono għad-disinn u l-iżvilupp | tal-ħsieb, 23 student bdew kors ta’ Masters fil-Kreattivita’ u l-Innovazzjoni. |
| Fl-Istitut għall-Istati Żgħar u Gżejjer hemm 20 | student ġdid; fl-Istitut tal-Lingwistika hemm 7 studenti ġodda, fl-Istitut għall-Istudji tal-Malti 11-il student ġdid u fl-Istitut tal-Mediterran bdew kors 16-il student ieħor. Fl-Istitut għall-Amministrazzjoni Pubblika bdew 33 student u f’dak tat-Turiżmu, Ivjaġġar u Kultura se jibdew korsijiet 58 student. |
| Fl-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi | bdew korsijiet 58 student ġdid filwaqt li 56 student oħra daħlu fiċ-Ċentru għat-Teknoloġija tal-Informatika. |
| Barra | minn dawn bdew l-istudji tagħhom ukoll 9 studenti fiċ-Ċentru Ewro-Mediterranju għar-Riċerka fl-Edukazzjoni; 8 fiċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerentoloġija; 32 fiċ-Ċentru Ewropew għad-Dokumentazzjoni u r-Riċerka; 82 fiċ-Ċentru għall-Istudji dwar ix-Xogħol u 39 student ieħor qed jagħmlu Programm fil-Foundation Studies. |
| Barra | minn dawn l-istudenti ġodda, fl-Universita’ hemm ukoll 8,255 student ieħor li qed ikompli bl-istudji tagħhom fit-tieni, it-tielet, ir-raba’ jew l-aħħar sena. Dan ifisser li l-popolazzjoni ta’ studenti li qed jagħmlu korsijiet fl-Universita’ ta’ Malta din is-sena hu ta’ 11,625 student. |
| Is-sena | l-oħra bħal lum, in-numru ta’ studenti li kienu bdew korsijiet fl-Universita’ kien ta’ 2,573 filwaqt li b’kollox il-popolazzjoni ta’ din l-ogħla istituzzjoni edukattiva tal-pajjiż is-sena l-oħra kienet ta’ 10,193 Dan ifisser li din is-sena fl-Universita’ se jkun hemm 1,432 studenti aktar mis-sena li għaddiet. Dan in-numru jista’ jkompli jikber billi għad hemm 720 applikazzjoni oħra li għad qed ikunu proċessati. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992