Left arrow Go Back

POLITIKA FAVUR IX-XOGĦOL BIL-FATTI

pr1792
Date Icon 01/10/2010
“Il-politikatal-Gvern favur ix-xogħol hija konkreta u bil-fatti. Il-qafas ta’ għajnuniet għal negozji żgħar u self-employed li joħloq il-Gvern huma il-konferma ta’ dan”. Dan inqal mis-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi waqt waħda mis-sensiela ta’ żjarat li huwa qed jagħmel lis-settur tal-SMEs.
Jason Azzopardi kienqiegħed iżur il-kumpanija li tipproduċi Smoochie drinks, xarbiet magħmula minn frott u haxix. Il-kumpanija li ilha stabbilita sentejn u nofs, fil-ġimgħat li ġejjin għandha ppjanat li żżid l-impjegati tagħha għal 4 persuni. B’investiment kapitali ta’ madwar €300,000 din il-kumpanija taf il-bidu tagħha mill-iskema tal-Malta Enterprise Equal. Din l-iskema kienet immirata lejn nisa li xtaqu jidħlu fid-dinja tax-xogħol billi jibdew in-negozju tagħhom. Sandra Zammit ħadet din l-opportunita’, u bl-għajnuna li rċeviet minn din l-iskema, rnexxiela tibbilanċja l-ħajja professjonali tagħha mal-ħtiġijiet ta’ mara miżżewġa u bit-tfal.
L-iskema Equal għenetlil Sandra Zammit permezz ta’ kors ta’ sena kif twaqqaf u tibda’ in-negozju tagħha. Dan jinkludi kif jintlaħaq għarfien tajjeb tal-bżonnijiet tas-suq, u kif jitħejja pjan ta’ negozju. Fl-aħħar tal-kors, Sandra Zammit ibbenefikat ukoll minn għajnuna finanzjarja biex tkun tista’ tibda’ l-proġett tagħha.
Reċentement dinil-kumpanija bbenefikat ukoll mill-Miżura 123, tad-Dipartiment tal-Agrikoltura li tippromwovi l-ippakkettjar innovattiv ta’ ħxejjex u frott.
Jason Azzopardi qalli l-istorja ta’ Sandra Zammit hija eżempju ċar ta’ kemm il-Gvern joffri għajnuna konkreta biex jinċentiva u jinkoraġġixxi l-inizjattiva. Huwa kompla li s-settur privat tagħna huwa mogħni bi kreattivita’ liema bħala. Huwa proprju xogħol il-Gvern li din il-kreattivita’ u inizjattiva jixprunaha u jsaħħaħa.
Is-SegretarjuParlamentari saħaq li din hija storja oħra ta’ suċċess, fejn permezz ta’ għajnuna konkreta u bil-fatti, il-Gvern qed jinċentiva l-investiment u għalhekk il-ħolqien tax-xogħol. Dan jiżżewweġ tajjeb ma’ bosta skemi oħra li l-Gvern iħaddem fuq livelli differenti, fosthom il-Micro-invest, kollha mmirati li jgħinu lis-settur tal-SME tagħna. Jason Azzopardi qal li l-għajnuna tinsab hemm għal min għandu bżonnha – jeħtieg li iżjed kumpaniji jibbenefikaw minnha.
Din il-kumpanijaqiegħda tħares ukoll li tibbenefika minn skemi oħrajn. Fil-jiem li ġejjin ser tkun qed tħabbar il-produzzjoni ta’ prodotti naturali ġodda u innovattivi fuq is-suq.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow