Left arrow Mur Lura

ĠNIEN ĠDID F’MARSALFORN

pr1790
Date Icon 01/10/2010
‘Il-viżjoni eko-Għawdex tagħti wkoll aktar spazjirikreattivi għall-familji fil-gżira ta’ Għawdex’. Dan qalitu l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt żjara li hija għamlet fis-sit fejn qed isir xogħol strutturali fil-ħolqien ta’ spazju rikreattiv għall-familji f’Marsalforn.
Il-proġett ta’ Ġnien it-Tliet Għoljietf’Marsalforn huwa l-ewwel minn erba’ proġetti ta’ taħwil ta’ siġar li ġew imfassla bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni marbuta mal-viżjoni eko-Għawdex. Il-pjan ta’ afforestazzjoni huwa maħsub li joffri spazji b’aktar siġar li minbarra li jkomplu jsebbħu d-dehra ġenerali tal-gżira ta’ Għawdex ser ikunu qed joffru wkoll aktar postijiet ta’ rikreazzjoni għall-familji. Ix-xogħol fuq dan il-ġnien qed ikun koordinat mill-Ministeru għal Għawdex filwaqt li l-kumpanija Magro Brothers Foods Ltd ser tkun qed tipprovdi s-siġar li ser jitħawlu hekk kif x-xogħol strutturali jkun lest. Dan qed isir biex din il-kumpanija li tipproduċi prodotti ta’ l-ikel f’Għawdex tfakkar s-70 anniversarju minn meta bdiet tipproduċi l-ewwel prodott taħt il-marka Three Hills.
Il-Ministru Giovanna Debono setgħet issegwi x-xogħolli qed isir bħalissa fuq dan is-sit li jinkludi bini ta’ ħitan u passaġġi li ser jiffurmaw il-bażi ta’ dan il-ġnien flimkien ma’ ġibjun għall-ilqugħ ta’ ilma tax-xita għall-użu fl-istess ġnien. Inħarġu s-sejħiet għall-offerti biex jiġu provduti servizzi u materjal relatati ma’ installazzjonijiet ta’ dawl, irrigazzjoni u drenaġġ, filwaqt li qed jiġu preparati sejħiet oħra għal provediment ta’ garden furniture u strutturi tal-logħob adattati għat-tfal.
Il-Ministru spjegat kif il-Ministeru għal Għawdexbeda bl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni relatat mal-viżjoni eko-Għawdex. Flimkien max-xogħol fuq dan il-ġnien, għaddej xogħol preparatorju fuq tlett siti ta’ afforestazzjoni oħra; filwaqt li beda programm ta’ tindif ta’ lqugħ ta’ ilma tax-xita fil-widien prinċipali ta’ Għawdex. Dan sabiex tiġi mtejba l-ħażna ta’ l-ilma tax-xita għall-użu agrikolu, waqt li tonqos il-pressjoni fuq l-watertable.

Hekk kifingħata bidu għal sena skolastika oħra ser jibda jintuża għall-ewwel darba pakkett ta’ riżorsi għall-għalliema biex it-tema eko-Għawdex tiġi nkluża fit-tagħlim ta’ suġġetti relatati fosthom is-saħħa, il-kultura, l-istorja u x-xjenza naturali.
Qed isirstudju biex jiġu ndividwati possibiltajiet li jiġu stallati sistemi ta’ enerġija alternattiva fuq bini publiku filwaqt li sar ħafna xogħol preparatorju bi tħejjija għall-proġett ta’ pixxina indoor u faċilitajiet sportivi oħra qrib il-kumpless sportiv ta’ Għawdex.
Proġettimportanti ieħor marbut mal-ġonna huwa dak li għaddej fil-ġnien Villa Rundle li ser ikun ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali. Dan il-proġett ser jirriżulta f’titjib u tisbiħ sostanzjali f’dan il-ġnien publiku storiku fil-qalba tal-Belt Victoria, bil-għan li joffri aktar spazji ta’ rikreazzjoni għal publiku Għawdxi kif ukoll għal eluf ta’ viżitaturi li jżuru lil Għawdex għal btala.
‘Dakkollu li qed isir flimkien ma’ dak li hemm ippjanat huwa ntiż li jgħinna nilħqu l-miri ta’ żvilupp sostenibbli biex inkunu nistgħu nwettqu fir-realtà l-viżjoni eko-Għawdex’, temmet tghid  il-Ministru Debono.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow