IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI DWAR IL-KOMPETITTIVITÀ
pr1784
30/09/2010
| Illum | is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi kien ġewwa Brussel, għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri dwar il-Kompetittività. |
| F’din | il-laqgħa ġew diskussi temi li jirrigwardaw il-kompetittività tas-suq Ewropew fl-isfond tax-xena finanzjarja dinjija. Fost dawn kien hemm: |
• L-Ekonomija l-ħadra
• L-Innovazzjoni
• Is-Suq tax-xogħol u
• s-Suq intern.
| Intant | l-Erbgħa filgħaxija saret ukoll diskussjoni intensa dwar il-European Patent, li l-Unjoni Ewropea ilha għexieren ta’ snin biex issib qbil dwarha. Jidher li sa qabel l-aħħar tas-sena, jekk jingħelbu d-diffikultajiet ta’ żewġ pajjizi, hemm possibilità li jintlaħaq ftehim. |
| Jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari kien hemm | Anton Spiteri, Direttur għall-Politika dwar l-Intrapriża. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992