Left arrow Mur Lura

SUQ TAL-PRODOTT LOKALI

pr1782
Date Icon 30/09/2010
Nhar is-Sibt 2 t’Ottubru, se jingħata bidu għas-Suqmill-Bdiewa. F’dan is-suq se jinbiegħu prodotti friski agrikoli lokali. Din l-esperjenza ġdida tas-Suq mill-Bdiewa se tlaqqa’ aktar mill-viċin ix-xogħol tal-bidwi mad-domanda tal-konsumatur.
Dan seriwassal biex il-bidwi jattrezza ruħu u jifhem dejjem aħjar l-għażliet tal-konsumatur fl-għażla ta’ prodott frisk, ġenwin u ta’ kwalità li jkun offrut bi prezzijiet aktar kompetittivi. Permezz ta’ din l-inizjattiva, il-bidwi se jkun qed ibigħ fi ftit sigħat, il-prodotti friski mill-għalqa tiegħu direttament lill-konsumatur.
Danis-suq mill-bdiewa se jikkonsisti f’bejgħ ta’ frott u ħaxix, ġbejniet, fniek, tiġieġ u bajd, inbid, diversi tipi ta’ għasel, żejt, kappar, żebbuġ u tadam imqadded fost oħrajn .
Aktarminn 50 parteċipant se jtellgħu dan is-suq kull nhar ta’ Sibt bejn id-9am u l-5pm u kull nhar ta’ Tlieta bejn l-4pm u s-7pm f’ Ta’ Qali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow