Left arrow Mur Lura

Messaġġ mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-onor. Mario Galea, fl-okkazjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat għall-Anzjani  - 1 ta’ Ottubru 2010

pr1778
Date Icon 30/09/2010
L-Anzjani huma katina litorbot ġenerazzjoni mal-oħra. Kull ġenerazzjoni sawret lill-pajjizna, bnietu, għamlitu dak li hu llum. Tul il-milja ta’ żmien pajjiżna għaddha minn gwerer u invazjonijiet,  għal Stat Indipendenti, Repubblika u fl-aħħar sab id-destinazzjoni tiegħu fl-Unjoni Ewropea.
L-Anzjani huma kotbaħajja li kapaċi jirrakkontaw l-istorja tal-bieraħ u jinsġuha f’realta’ tal-lum. Kieku ma kienux l-anzjani, la għandna identita’, kultura, reliġjon u wisq anqas tradizzjonijiet.
Grazzi għat-titjib fix-xjenzau kura, l-life expectancy f’Malta hija fost l-aħjar fl-Ewropa. Illum m’għadiex sorpriża li tiltaqa’ ma’ anzjani li għalqu l-mitt sena u saħansitra fir-Residenza San Vinċenz de Paul hemm min għandu mija u ħames snin. Dan  kollu huwa dovut għat-tobba, infermiera u professjonisti oħra bravi Maltin.
L-Anzjani tagħna humafost l-akbar teżor li għandu pajjiżna u kull wieħed/waħda minna għandu dmir jgħozz anżjani qraba tiegħu, jirrispetahom u jikkurhom kif jista’. Qatt u b’xejn ma nistghu nħallsu d-dejn kbir li għadna mal-anzjani tagħna.
Għalhekk, f’dan il-juminternazzjonali ddedikat lill-anzjani, insellem u nirringrazzja lill-anzjani Maltin u Għawdxin, u lill-dawk li ta’ kuljum jipprovdulhom kura u servizzi differenti b’dedikazzjoni, impenn u rispett.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow