Left arrow Mur Lura

PRIORITA’ GHAL TITJIB FIL-FINANZI PUBBLIĊI FOST L-ISTATI MEMBRI

pr1775
Date Icon 30/09/2010
Il-Ministrutal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, jinsab Brussell, fejn se jipparteċipa fil-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u l-laqgħa tal-Grupp tal-Ewro (Eurogroup). Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta gћall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.
Fuq quddiemtal-aġenda tal-Ministri tal-Finanzi Ewropej hemm is-sostenibbiltà u l-kredibilità tal-finanzi pubbliċi fid-dawl tar-rati gћoljin ta’ deficits f’bosta Stati Membri tal-UE. Filwaqt li l-konsolidazzjoni fiskali hija mira mportanti, id-diskussjoni se tiffoka wkoll fuq policies intiżi biex joћolqu aktar postijiet tax-xogћol u jtejjbu l-kompetittività tal-Istati Membri, fil-kuntest tal-Istrateġija UE2020.
Dawn id-diskussjonijietse jsiru fid-dawl ta’ proposti mressqa mill-Kummissjoni Ewropea ntiżi li jistabilixxu regolamenti aktar b’saћћithom gћal dawk il-pajjiżi li jeċċedu l-limiti stabbiliti ta’ deficits u dejn aċċettabbli. Matul l-2009, Malta u l-Estonja kienu l-uniċi żewġ pajjiżi li naqqsu d-deficit. Waqt diskussjoni ta’ qabel il-Budget il-Ministru Fenech diġà enfasizza l-impenn tal-Gvern li d-deficit ikompli jintaqqas, gћal taћt it-3%, matul is-sena li ġejja.
Il-Ministri sejittrattaw ukoll ir-riforma tas-settur finanzjarju u tћejjija ta’ pożizzjonijiet komuni gћal-laqgћat importanti tal-G20 u l-Fond Monetarju Internazzjonali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow