PERFORMANCE AUDIT: IMPLEMENTING PRODUCER RESPONSIBILITY FOR PACKAGING WASTE IN MALTA
pr1774
29/09/2010
| L-Awditur Ġenerali ppreżenta lill-Parlament rapport | li jevalwa l-inizjattivi li ħa l-Gvern biex jiżgura li l-importaturi u l-manifatturi jieħdu r-responsabbilta’ għal skart iġġenerat mill-ippakkjar li jqiegħdu fis-suq, kif obbligati mill-liġi. |
| Ir-Regolamenti dwar l-Ippakkjar u l-Iskart | tal-Ippakkjar (LN 277/2006) jobbligaw lill-produtturi tal-ippakkjar biex jirriċiklaw ċertu persentaġġ tal-iskart li jirriżulta mill-ippakkjar li jqiegħdu fis-suq kull sena. L-obbligu li titwettaq din ir-responsabbilta’ hija tal-produtturi. Is-sehem tal-Gvern f’dan ir-rigward hu biss li jmexxi u jiffaċilita t-twettieq tal-proċess, kif ukoll li jipprovdi mekkaniżmi adekwati regolatorji u ta’ nfurzar. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) | għandu r-rwol li jimplimenta din il-politika. Sas-sena 2008, l-MRRA kien ukoll ifassal din il-politika. Wara Marzu 2008, dan ir-rwol għadda għand l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM). L-Awtorita’ għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha r-rwol regolatorju u ta’ nfurzar. |
| Dan | l-istudju sab li l-Gvern ipprovda qafas leġislattiv u infrastrutturali adekwat biex il-produtturi jkunu jistgħu jwettqu l-obbligu li jirriċiklaw parti mill-iskart li jirriżulta mill-ippakkjar li jkunu qiegħdu fis-suq. Il-Gvern ukoll għen lill-produtturi u regolarment nieda kampanji edukattivi dwar ir-riċiklaġġ. |
| L-istudju jikkonkludi li l-inizjattivi tal-Gvern | kienu biżżejjed biex il-produtturi jibdew jirriċiklaw l-iskart tal-ippakkjar, partikolarment mill-2009 ’l hawn. Madankollu, il-produtturi għadhom qed jirriċiklaw ftit mill-ammont obbligat, li fl-2009 kellu jkun ħamsin fil-mija tal-ippakjar li qiegħdu fis-suq dik is-sena. Minħabba dan in-nuqqas, qed ikun ferm diffiċli għal Malta biex tilħaq il-mira nazzjonali tagħha ta’ riċiklaġġ mitluba mill-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. |
| L-istudju tal-NAO sab li r-riċiklaġġ min-naħa | tal-produtturi għadu baxx minħabba raġunijiet varji. Raġuni ewlenija hi li ħafna mill-isforzi tal-Gvern u l-produtturi s’issa kienu li jistabilixxu l-mekkaniżmi bażiċi biex ikun jista’ jibda r-riċiklaġġ. Għalhekk, x’aktarx li jrid jgħaddi ftit iżjed żmien biex dawn jagħtu riżultati konkreti. L-opportunitajiet ta’ riċiklaġġ kienu wkoll limitati sal-2008, minħabba li l-faċilita’ governattiva li tirkupra materjal għar-riċiklaġġ damet biex inbniet. Dan ġara minħabba diffikultajiet li nqalgħu matul il-proċess għall-ħruġ tal-permess tal-iżvilupp u tal-kuntratti neċessarji. Min-naħa tal-produtturi, kien fl-2009 li dawn bdew jiġbru ammonti sinjifikanti ta’ skart tal-ippakkjar, permezz ta’ skemi kollettivi li għamlu mal-Kunsilli Lokali. |
| Fl-2004 | il-Gvern daħħal is-sistema tal-Eko-Kontribuzzjoni. Għan ewlieni ta’ din is-sistema kien li jinkoraġġixxi lill-produtturi jirriċiklaw l-iskart tal-ippakkjar. L-istudju tal-NAO sab li din is-sistema kellha riżultati mħallta f’dan ir-rigward. Is-sistema ġabret biżżejjed flus biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li daħal fihom il-Gvern minħabba li l-produtturi ma rriċiklawx l-ammont ta’ skart tal-ippakkjar mistenni minnhom. Is-sistema kellha wkoll rwol pożittiv fl-ammont żgħir ta’ skart irriċiklat mill-produtturi. Iżda l-istudju sab li l-maġġoranza tal-produtturi suġġetti għall-Eko-Kontribuzzjoni fuq prodotti li jirriżultaw fi skart tal-ippakjar, xorta naqsu li jirriċiklaw. |
| Ir-rapport tal-NAO jagħmel ukoll diversi | rakkomandazzjonijiet maħsuba biex itejbu l-implimentazzjoni tal-politika dwar ir-responsabbilta’ tal-produtturi għall-iskart tal-ippakkjar. |
Ir-rapport sħiħ jidher, minn għada, fuq il-website tal-Uffiċċju: www.nao.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992