Left arrow Mur Lura

LAQGĦA F’GĦAWDEX GĦALL-ISTUDENTI UNIVERSITARJI ĠODDA

pr1769
Date Icon 29/09/2010
Il-Grupp UniversitarjiGħawdxin (GUG) bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex organizza laqgħa ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ Għawdxin li din is-sena ser jibdew isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta. Għal din il-laqgħa kienu mistiedna aktar minn mitejn student li s-sena li għaddiet spiċċaw l-istudji tagħhom fiċ-Ċentru għal Studji Ogħla Sir M A Refalo, li ħafna minnhom ser ikomplu bl-istudji terzjarji f’ Malta.
F’dawn l-aħħar snin ġietmeħuda l-inizjattiva li dawn iż-żgħażagħ jiġu nfurmati dwar uħud mill-aspetti relatati mal-ħajja universitarja minn rappreżentanti tal-GUG flimkien ma’ oħrajn mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU).  Minbarra informazzjoni dwar l-għanijiet u x-xogħol li jwettqu dawn iż-żewġ għaqdiet flimkien ma’ għaqdiet oħra matul is-sena b’risq l-istudenti li jirrapreżentaw, din il-laqgħa kellha l-għan li tiffoka wkoll fuq sitwazzjonijiet u perspettivi li jolqtu speċifikament lil studenti Għawdxin li jkomplu bl-istudji tagħhom f’Malta. Għalhekk ingħataw ukoll tagħrif dwar servizzi offruti mill-GUG fit-tiftix ta’ akkomodazzjoni u għajnuna oħra għal dawn l-istudenti. L-istudenti ngħataw ukoll tagħrif dwar l-applikazzjonijiet li qed jintlaqgħu mill-Ministeru għal Għawdex fir-rigward ta’ għajnuna addizzjonali lil studenti Għawdxin li tammonta għal €116.47 kull tlett xhur fil-każ ta’ studenti Universitarji minbarra għajnuna oħra fir-rigward tat-trasport.
L-Onor. Giovanna Debono,Ministru għal Għawdex, introduċiet din il-laqgħa b’diskors qasir li fih spjegat l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex b’risq is-settur edukattiv fuq il-gżira. Hija wriet sodisfazzjon għal fatt li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar studenti Għawdxin qed jagħżlu li jkomplu bl-istudji tagħhom kemm fl-università kif ukoll f’istituzzjonijiet ta’ tagħlim u taħriġ oħra bħal ma huma l-MCAST u l-ITS. Dan ifisser li aktar żgħażagħ Għawdxin qed jiksbu aktar għarfien u ħiliet li jagħtuhom vantaġġ għal futur tagħhom. Il-Ministru qalet li din hi realtà ferm differenti minn dik ta’ snin ilu meta n-numru ta’ studenti Universitarji Għawdxin kien ferm anqas minn dak ta’ llum.   Hija ħeġġet lill-istudenti preżenti biex jinvolvu ruħhom fl-għaqdiet universitarji li jagħtuhom opportunitajiet biex iwessgħu l-perspettivi soċjo-kulturali flimkien mat-tagħlim akkademiku.
Għal din il-laqgħaattendew numru sabiħ ta’ studenti li wrew l-apprezzament tagħhom għal din l-inizjattiva li serviet ukoll bħala introduzzjoni għal fażi oħra fil-ħajja akkademika tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow