Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JIBDA Ż-ŻJARA UFFIĊJALI  FL-ISLA

pr1764
Date Icon 29/09/2010
“Ix-xogħol volontarju fil-lokal jwassal ghalformazzjoni tal-karattri fid-diversi oqsma: formazzjoni sportiva, edukattiva, mużikali u spiritwali fost l-oħrajn.”
Dan qalul-President George Abela l-bieraħ waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fl-Isla hekk kif ta bidu għaż-żjara uffiċjali f’din il-lokalita’, li ddeskriviha bħala waħda bi storja kbira, storja li għamluha n-nies tagħha stess. Irrefera għal perjodu diffiċli ta’ żmien il-gwerra meta l-poplu tal-Isla sofra ħafna.
Il-President  Abela wara li sema’ dwar ix-xogħol lijagħmlu d-diversi għaqdiet fl-Isla qal li minkejja d-diffikultajiet li wieħed jiltaqa’ magħhom fix-xogħol volontarju, l-enerġija ta’ kull volontarju flimkien mal-ħidma tal-Kunsill Lokali għandha tmur għall-ġid tal-lokal.
Il-President faħħar s-sens ta’ komunita’ li jeżistifl-Isla u ħeġġeġ lill-għaqdiet sabiex jaħdmu wkoll id f’id mal-Malta Community Chest Fund sabiex iressqu lil dawk il-persuni fil-bżonn lejn il-Fond.  Permezz ta’ dan, l-għaqdiet u l-Fond ikunu qed jilħqu għan wieħed – dak li noffru kwalita’ ta’ ħajja aħjar lil dawk fil-bżonn.
Il-President u s-Sinjura Abela mistennija jżurul-Isla nhar il-Hadd filgħodu sabiex jiltaqgħu mar-residenti tal-Isla.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow