Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA

pr1758
Date Icon 28/09/2010

Evarist Bartolo jibqa’ negattiv u mhux aġġornat

Wara l-ewwel ġurnata ta’ senaskolastika ġdida li fiha kollox mexa kif ippjanat u mingħajr problemi, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo ma sab xejn x’jikkritika u ħareġ stqarrija li fiha reġa’ rripeta affarijiet li ilu jgħid għal ħafna żmien u wera  kemm ma jafx x’inhu jiġri fil-qasam edukattiv u jibqa’ negattiv minkejja l-esperjenza pożittiva li qed jagħmlu eluf ta’ tfal u żgħażagħ.
Il-kelliem tal-Oppożizzjoni ma jafxjew jinjora apposta l-fatt li bdiet titħaddem b’suċċess politika biex it-tfal kollha jiksbu l-ħiliet bażiċi.
Hu ovvju li Evarist Bartolo anqasbiss jaf li kemm l-MCAST kif ukoll l-Universita’, l-Iskola Sekondarja Għolja tan-Naxxar u l-ITS din is-sena se jilqgħu numru rekord ta’ studenti u jkompli jinsisti li wisq żgħażagħ mhux ikompli l-edukazzjoni meta jidher ċar li din it-tendenza qed tinbidel.
Wara xahar li ntlaħaq ftehim ġdidbejn il-Gvern u l-MUT li permezz tiegħu l-għalliema rebħu kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar, Evarist Bartolo għadu ma sab xejn xi jgħid dwaru u injorah għal kollox.  Ma qal xejn Evarist Bartolo dwar il-mijiet ta’ professjonisti li ddaħħlu jagħtu s-servizz tagħhom fl-iskejjel biex jikkumplimentaw dak tal-għalliema.
Kif anqas ma jsemmi xejn dwar liaktar minn 400 Borża ta’ Studju li se jkunu qed jingħataw din is-sena biex aktar studenti Maltin ikomplu jistudjaw fil-livell ta’ Masters u Dottorat biex f’dawn l-aħħar ħames snin ikunu tqassmu aktar minn 1000 Borza ta’ Studju.
Il-kelliem tal-Oppożizzjoni ma qalxejn dwar iż-żewġ skejjel sekondarji ġodda li tlestew u bdew jilqgħu l-istudenti fihom din is-sena u li kemm l-għalliema kif ukoll l-istudenti li bdew imorru fihom ma kellhomx għajr kliem ta’ tifħir għalihom.
Ilu li tħabbar li issa se jibdax-xogħol fuq skola sekondarja ġdida tal-bniet f’Tal-Ħandaq, iżda l-kelliem tal-Oppożizzjoni għadu jistaqsi fejn se tinbena skola ġdida.
Diġa’ ntqal li matul is-Sajf ligħadda saru xogħlijiet f’aktar minn 50 skola u Evarist Bartolo għadu jistaqsi fejn saru xogħlijiet matul is-Sajf.
L-istqarrija ta’ Evarist Bartolotikkonferma li l-kelliema tal-Oppożizzjoni jibqa' dejjem ikun negattiv u jopponi dak li jsir waqt li l-istudenti jkunu qed javvanzaw 'il quddiem b'rizultat tal-politika tal-Gvern.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow