Left arrow Mur Lura

Il-fiduċja mill-Investituri Barranin u Maltin fl-Ekonomija Maltija tkattar il-postijiet tax-xogħol

pr1757
Date Icon 28/09/2010
Il-fiduċja li qed juru l-investituri Barranin uMaltin fl-ekonomija Maltija qed tkattar il-postijiet tax-xogħol. Dan kien il-messaġġ tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech waqt working breakfast organizzat bħala parti mill-konsultazzjoni ta’ qabel il-baġit.  L-għaqal tal-Gvern jidher ċar mill-mod kif fl-eqqel tar-riċessjoni internazzjonali salva l-impjiegi u issa qed jiżdiedu l-opportunitajiet ġodda ta’ xogћol gћall-ћaddiema.
Skontinformazzjoni miġbura mill-Kummissjoni Ewropea, fit-tieni kwart tas-sena, il-kumpaniji tal-manifattura f’pajjiżna stmaw li għandhom medja ta’ 6.7 xhur ta’ produzzjoni assigurata. Dan l-ammont huwa aktar mid-doppju meta mqabbel mal-istess kwart matul l-2009 (3.2 xhur) u aktar mit-tripplu tal-medja taż-żona ewro (3%).
Danjibni fuq l-indikazzjonijiet pożittivi li rriżultaw mill-fatt li matul is-sena li għaddiet il-Malta Enterprise approvat 18-il proġett ta’ investimenti ġodda jew espansjonijiet ġodda minn kumpaniji barranin b’investiment ta’ aktar minn €83 miljun, li mistennija joħolqu aktar minn 900 post tax-xogħol fuq perjodu ta’ tliet snin. Dan meta mqabbel mal-€24m f’investiment approvat fl-2008 li kellu joħloq 484 impjieg fuq tliet snin.
Il-Ministru responsabbli mill-Ekonomija ħabbar lianke l-investiment lokali qed juri sinjali inkoraġġanti hekk kif sa nofs ta’ din is-sena l-Malta Enterprise approvat 15-il proġett ġdid jew ta’ espansjoni minn kumpaniji lokali b’investiment ta’ aktar minn €10.5m, li mistennija joħolqu 300 post tax-xogħol fuq tliet snin. Dan jikkuntrasta tajjeb mas-sena l-oħra fejn kienu approvati, fuq is-sena kollha, 10 proġetti, b’investiment ta’ €22miljun li kellhom joħolqu 187 impjieg fuq tliet snin.
Il-produzzjoni industrijali kompliet tiżdied tulis-sena kollha, b’żidiet ta’ bejn 6 u 12% f’kull xahar fl-aħħar sitt xhur meta mqabbel max-xahar ekwivalenti s-sena li għaddiet. Dan wassal għal żieda importanti fl-esportazzjoni bejn Jannar u Ġunju, li kibret bi 33% meta mqabbla mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Kontribuzzjoni importanti għal dan ir-riżultat kien il-fatt li matul l-eqqel tal-kriżi l-Gvern intervjena ma’ numru ta’ operaturi ekonomiċi biex tahom l-appoġġ biex jattiraw lejn Malta aktar investiment. Matul is-sena 2,194 kumpanija, fabbrika, u individwu gawdew minn €80 miljun ewro f’għajnuniet minn skemi tal-Malta Enterprise biex jinvestu aktar. Din l-gћajnuna kienet ta’ €30 miljun aktar mis-sena ta’ qabel.
Dan kollu qed jissarraf f’aktar xogħol. Filfatt,b’rata ta’ 6.5%, Malta għandha r-raba lanqas rata tal-qgħad fl-Unjoni Ewropea. F’sena, Malta kienet waħda minn 3 stati membri biss fejn naqset r-rata tal-qgħad (minn 7.3% għal 6.5%).  Dan qed iwassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja u xhieda ta’ dan huma ċifri pożittivi li juru kunfidenza fl-ekonomija ta’ pajjiżna bħat-twaqqif ta’ negozji ġodda (Statistika tal-NSO turi li fl-2009, twaqqfu 4,666 negozju ġdid), ix-xiri ta’ stocks tal-Gvern u bonds fejn din is-sena, sa Settembru, kienu nbiegħu €963 miljun, €163m aktar mis-sena l-oħra kollha.
Il-Ministru Fenech saħaq li dawn huma riżultatiinkorraġanti ħafna iżda li għad fadal ħafna biex ikun assigurat li ħadd ma’ jibqa’ lura. Waqt li ta ħarsa lejn uħud mill-proposti inklużi fid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit, huwa sostna l-importanza li l-pajjiż ikompli jikkonsolida l-finanzi tiegħu, b’mod partikolari billi d-defiċit jitniżżel taћt it-3% matul is-sena d-dieħla. Fl-istess waqt, il-Gvern impenjat li jkompli jinvesti bis-saħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ biex jiżgura numru adegwat ta’ ħaddiema mħarrġa bil-kapaċitajiet meħtieġa fis-setturi li qed joħolqu l-opportunitajiet ġodda.
Huwatkellem ukoll dwar investiment kontinwu fi proġetti kapitali kif ukoll fl-infrastruttura tal-enerġija li għandhom jippermettu lill-pajjiżna jkompli jżomm ruħu fuq quddiem tal-kompetizzjoni biex ikun żgurat li jibqa’ jattira aktar investiment u xogħol lejn pajjiżna u jkun jista’ jilћaq l-gћanijiet ta’ eċċellenza li l-pajjiż gћandu fil-Viżjoni tiegћu gћall-2015.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow