Il-Ministru George Pullicino jipparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Agrikoltura Ewropej
pr1753
27/09/2010
| Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali | l-Onor.George Pullicino, illum ħa sehem fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Agrikoltura Ewropej. Id-diskussjonijiet prinċipali kienu dwar il-pakkett propost mill-Kummissjoni dwar l-Organiżmi Ġenetikament Moifikati, il-futur tas-settur tal-ħalib Ewropew kif ukoll il-qagħda preżenti tas-swieq taċ-ċereali u tat-tadam għall-iproċessar. |
| Malta | tapoġġja l-prinċipji tal-pakkett propost mill-Kummissjoni li jirregola l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati u jippermetti lill-iStati Membri li jintroduċu projbizzjonijiet nazzjonali fuq il-kultivazzjoni tagħhom. Numru ta’ punti tekniċi dwar dan il-pakkett għadhom iridu jiġu ċċarati mill-Kummissjoni. |
| F’diskussjoni dwar il-prospetti tas-suq taċ-ċereali, | il-Ministru Pullicino rrefera għall-konklużjonijiet tal-grupp ta’ esperti tal-FAO (Food and Agriculture Organisation) li jwissu lill-pajjiżi produtturi li ma jiħdux miżuri allarmisti li jistgħu jżidu l-inċertezza tas-suq, sabiex jiġu żgurati provvisti adegwati bi prezzijiet xierqa. Il-Ministru enfasiżża pjuttost il-bżonn ta’ ko-ordinazzjoni akbar bejn il-pajjiżi produtturi l-kbar u miżuri strutturali fit-tul li jirregolaw aħjar is-suq taċ-ċereali għall-ġid tal-konsumaturi u s-setturi kollha li jiddependu minnhom. |
| Il-Ministru tkellem ukoll sabiex jiġu ntrodotti | miżuri ta’ labeling li juru ċar il-pajjiż fejn ġew imkabbra l-prodotti tat-tadam sabiex il-konsumatur ikun iżjed infurmat fl-għażla tiegħu. Il-Ministru fakkar kif il-bdiewa li jkabbru t-tadam f’Malta jagħmlu sforzi kbar biex iżommu mar-regoli ta’ produzzjoni u standards ambjentali stretti ta’ l-U.E., u li allura għandhom jiġu mħarrsa mis-suq billi l-prodott tagħhom ikun jintgħaraf minn dak ta’ kompetituri f’pajjiżi barra l-U.E. li ma jilħqux l-istess standards. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992