AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
pr1752
27/09/2010
Skont l-Att dwar is-Sigurta’ fl-Ikel u r-Regolament Ewropew 178 ta’ l-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva mir-Rapid Alert System for Food and Feed, u bħala prekawzjoni, il-prodott bid-dettalji hawn taħt imsemmija m’għandux jiġi kkonsumat minħabba l-possibilita` ta’ presenza ta’ mikro-organiżmu patoġeniku bl-isem ta’ Listeria Monocytogenes.
Isem | Filetti di Aringhe Affumicate |
Ditta | Le Roi Fumee |
Lot | 10201 |
Piż | 200g |
Data ta’ Durabilita’ Minima | 07/12/2010 u 31/01/2011 |
Tip ta’ Kontejner | Vacuum packed |
Oriġini | Franza |
|
|
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ iċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8.00 ta’ filgħodu sat- 2.30 ta’ wara nofsinhar.
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992

