Left arrow Mur Lura

Bdew l-iskola 54,400 student f’270 skola

pr1750
Date Icon 27/09/2010
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familjadal-għodu żaret l-iskola Primarja tas-Subien tal-Ħamrun fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca u l-iskola Sekondarja tas-Subien ġdida fil-Mosta fil-Kulleġġ Maria Reġina, fl-okkażjoni tal-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida.
Il-lum,aktar minn 54,400 tifel u tifla fl-eta’ bejn tliet snin, li jattendu l-kindergarten, il-primarja jew is-sekondarja bdew jattendu fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja jew skejjel indipendenti.
Dawnit-tfal qed jattendu f’169 skola tal-Gvern fejn jattendu 31,850 tifel u tifla, 69 skola tal-knisja fejn imorru 15,780 tifel u tifla u 39 skola indipendenti fejn jattendu 6776 tfal oħra. Dawn it-tfal huma maqsuma f’7645 fil-klassijiet tal-kindergarten, 23,513 fi skejjel primarji, 23,103 fi skejjel sekondarji u 145 f’resource centres.
Biexjieħdu ħsieb lit-tfal fl-iskejjel tal-Istat hemm hemm 101 Kap ta’ Skola u 219 Assistenti kapijiet, 3337 għalliema, fosthom 148 għalliema ġodda; 1342 Learning Support Assistants u 406 kindergarten assistants.
Fl-iskola Primarja tal-Ħamrun, il-Ministru Cristinażaret lit-tfal fil-klassijiet tagħhom u inawgurat ukoll mini gymnasium li tlesta matul is-sajf li għadda, biex it-tfal ikollhom fejn jirrikreaw ruħhom anke meta tkun ix-xita.  F’din l-iskola matul is-Sajf sar ħafna xogħol ta’ tisbih u kienu stallati  Interactive White Boards għall-istudenti tal-Ħames Klassi.  Din kienet waħda minn aktar minn 60 skola li sar xogħol fihom matul is-sajf li għadda.
L-iskolasekondarja tas-subien tal-Mosta hi skola ġdida li llum laqgħet fiha l-istudenti għall-ewwel darba.  Din, flimkien mal-iskola Sekondarja tas-Subien f’Victoria Għawdex huma żewġ skejjel ġodda li żżanżnu din is-sena.  F’din l-iskola il-Ministru tal-Edukazzjoni żaret studenti fil-klassijiet u fil-laboratorji ġodda fjamanti.  Kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema u l-amministrazzjoni tal-iskola kellhom kummenti mill-aktar pożittivi għall-ambjent sabiħ li toffri din l-iskola.
Jidherli fl-ewwel jum tal-iskola, minkejja n-numru kbir ta’ tfal li bdew l-iskola, kollox mexa ħarir u ma kienux rappurtati inċidenti jew diffikultajiet.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

Aktar Stqarrijiet Right arrow