Left arrow Go Back

L-ONOR. OWEN BONNICI JATTENDI LAQGĦA PARLAMENTARI EWROPEA F’LISBONA

pr1749
Date Icon 27/09/2010
Id-Deputat Parlamentari l-Onor. Owen Bonnici llumqed jattendi laqgħa f’ Lisbona, fil-Portugall, fejn qed jirrappreżenta lill-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kamra tar-Rappreżentanti f'laqgħa parlamentari Ewropea dwar il-European External Action Service li ser issir fil-Parlament Portugiż.
Il-laqgħa għandhasservi għall-bdil ta' ideat dwar din l-Istruttura Ewropea ġdida li ġiet stabbilita bit-Trattat ta’ Lisbona li se tkun il-qafas li bih se twassal il-ħidma tagħha r-Rappreżentanta Għolja għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, Lady Catherine Ashton.
Dan is-suġġett sejiġi diskuss bejn rappreżentanti tad-diversi parlamenti nazzjonali tal-istati membri tal-UE u l-Ambaxxatur Poul Skytte Christoffersen, li huwa l-Konsulent Speċjali ta’ Lady Ashton dwar l-Affarijiet Barranin.
Il-laqgħha mistennijatiġi indirizzata wkoll fost oħrajn mill-President tal-Parlament Portugiz, il-Presidenti tal-Kumitati tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament Portugiż, l-MEP Elmar Brok li huwa r-rapporteur tal-Parlament Ewropew fuq il-European External Action Service, kif ukoll mill-Ministru tal-Istat u tal-Affarijiet Barranin Portugiż Luis Amado.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow