MESSAĠĠ MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAS-SENA SKOLASTIKA
pr1747
27/09/2010
| Aktar | minn 54,400 tifel u tifla fl-eta’ minn 3 snin sa 16-il sena, illum jibdew sena skolastika ġdida fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja jew fl-iskejjel Indipendenti. Lilhom kollha nawgura sena skolastika mill-isbaħ. |
| Fl-ewwel | jiem tal-iskola, sakemm kulħadd isib postu u t-tfal ġodda jibdew jidraw lil xulxin u lill-għalliema tagħhom, it-tfal ikunu xi ftit anzjużi; iżda din l-ansjeta’ tinbidel f’ferħ u pjaċir wara ftit jiem. |
| Wara | x-xhur tas-Sajf, ħafna mit-tfal ikunu jistennew ir-ritorn lejn l-iskola biex jiltaqgħu ma’ sħabhom tas-sena ta’ qabel jew jagħmlu ħbieb ġodda. Ilkoll jistennew il-kotba u s-suġġetti l-ġodda skond il-livell li qegħdin fih. |
| L-istudenti kollha se jsibu li l-iskola hi isbaħ u | aktar nadifa minn kif ħallewha f’Ġunju li għadda, għax matul is-Sajf saru ħafna xogħlijiet ta’ tisbiħ u tindif fl-iskejjel kollha. It-tfal tal-primarja, speċjalment dawk tal-ħames sena, se jsibu bidla kbira, għax issa spiċċa l-qtigħ il-qalb tal-eżami tal-Junior Lyceum jew tal-Common Entrance. Dawk tas-sekondarja se jsibu jistennewhom laboratorji b’apparat ġdid u faċilitajiet oħra li jgħinuhom fit-tagħlim. |
| L-għalliema wkoll, wara ftit mistrieħ mistħoqq | fis-Sajf, jirritornaw b’ħeġġa fil-klassijiet tagħhom u issa għandhom mottiv ieħor għal x’hiex iħarsu ‘l quddiem għax matul is-sajf, il-Gvern u l-MUT iffirmaw ftehim li se joffri kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar lill-għalliema. |
| Għalhekk | kollox jindika li din għandha tkun sena skolastika tajba - sena li fiha l-istudenti kollha tagħna jagħmlu esperjenza pożittiva. Sena li matulha, filwaqt li jitgħallmu u jsaħħu l-karattru tagħhom, jitgħallmu, jilagħbu u jkunu kuntenti. |
| Nawgura | lill-istudenti kollha, l-għalliema, Learning Support Assistants, Kindergarten Assistants, lill-professjonisti l-oħra li jaħdmu fl-iskejjel tagħna u lill-amministraturi, sena skolastika tajba li tagħti sodisfazzjon lil kulħadd. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990