Left arrow Go Back

MESSAĠĠ MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U L-FAMILJA FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAS-SENA SKOLASTIKA

pr1747
Date Icon 27/09/2010
Aktarminn 54,400 tifel u tifla  fl-eta’ minn 3 snin sa 16-il sena, illum jibdew sena skolastika ġdida fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja jew fl-iskejjel Indipendenti. Lilhom kollha nawgura sena skolastika mill-isbaħ.
Fl-ewweljiem tal-iskola, sakemm kulħadd isib postu u t-tfal ġodda jibdew jidraw lil xulxin u lill-għalliema tagħhom, it-tfal ikunu xi ftit anzjużi; iżda din l-ansjeta’ tinbidel f’ferħ u pjaċir wara ftit jiem.
Warax-xhur tas-Sajf,  ħafna mit-tfal ikunu jistennew ir-ritorn lejn l-iskola biex jiltaqgħu ma’ sħabhom tas-sena ta’ qabel jew jagħmlu ħbieb ġodda.  Ilkoll jistennew il-kotba u s-suġġetti l-ġodda skond il-livell li qegħdin fih.
L-istudenti kollha se jsibu li l-iskola hi isbaħ uaktar nadifa minn kif ħallewha f’Ġunju li għadda, għax matul is-Sajf saru ħafna xogħlijiet ta’ tisbiħ u tindif  fl-iskejjel kollha. It-tfal tal-primarja, speċjalment dawk tal-ħames sena, se jsibu bidla kbira, għax issa spiċċa l-qtigħ il-qalb tal-eżami tal-Junior Lyceum jew tal-Common Entrance. Dawk tas-sekondarja se jsibu jistennewhom laboratorji b’apparat ġdid u faċilitajiet oħra li jgħinuhom fit-tagħlim.
L-għalliema wkoll, wara ftit mistrieħ mistħoqqfis-Sajf, jirritornaw b’ħeġġa fil-klassijiet tagħhom u issa għandhom mottiv ieħor għal x’hiex iħarsu ‘l quddiem għax matul is-sajf, il-Gvern u l-MUT iffirmaw ftehim li se joffri kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar lill-għalliema.
Għalhekkkollox jindika li din għandha tkun sena skolastika tajba - sena li fiha l-istudenti kollha tagħna jagħmlu esperjenza pożittiva. Sena li matulha, filwaqt li jitgħallmu u jsaħħu l-karattru tagħhom, jitgħallmu, jilagħbu u jkunu kuntenti.
Nawguralill-istudenti kollha, l-għalliema, Learning Support Assistants, Kindergarten Assistants,  lill-professjonisti l-oħra li jaħdmu fl-iskejjel tagħna u lill-amministraturi, sena skolastika tajba li tagħti sodisfazzjon lil kulħadd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow