IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JTEMM IŻ-ŻJARA TIEGĦU F’ĦAD-DINGLI
pr1745
26/09/2010
| Il-President u s-Sinjura Abela, akkumpanjati | mis-Sindku Ian Borg, dalgħodu temmu iż-żjara tagħhom fir-raħal ta’ Ħad-Dingli meta qattghu nofsinhar mar-residenti Dinglin. |
| Filwaqt li irringrazzja lin-nies ta’ Ħad-Dingli | tal-akkoljenza sabiħa li taw lilu u lis-Sinjura Abela, l-President sostna li jħossu impressjonat bil-ħidma tal-għadqdiet volontarji fir-raħal. Dan deher ċar fil-laqgħa li kellu nhar l-erbgħa li għadda meta sema` dwar il-ħidma ta dawn l-għaqdiet lokali minn setturi varji. Il-President sostna li l-ħidma tagħhom ta’ mingħajr piki twassal sabiex flimkien joħolqu attivitajiet li jgawdi minnhom ir-raħal. Meta indirizza pjazza mimlija residenti Dinglin il-President Abela saħaq li bil-ħidma tagħhom mat-tfal u ż-żgħażagħ, l-għaqdiet volontarji qed itellaw il-mexxejja ta’ għada. |
| Faħħar ukoll il-ħidma siewja tal-Kunsill Lokali li | jħares il-quddiem billi fassall pjan ta’ żvilupp sostenibbli f’Ħad-Dingli għall-għaxar snin li ġejjin. Dan juri kemm huwa għaqli li naħsbu b’mod nazzjonali imma naġixxu b’mod lokali, żied jgħid il-President. Semma ukoll il-pjan li għandu l-Kunsill Lokali li ssir Heritage Trail viċin l-irdum ta’ Ħad-Dingli sabiex titgawda mill-Maltin kollha u stqarr li hija x-xewqa tiegħu li tinkludi ukoll il-Palazz Verdala biex jitgawda minn kulħadd. Il-President Abela semma’ l-impenn li ħadu s-Sindku u l-kunsilliera ta’ Ħad-Dingli sabiex is-sena l-oħra organizzaw diversi attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-istrina. Dan għandu jkun ta’ eżempju għall-Kunsilli Lokali kollha. Żied jgħid li permezz ta’ attivtajiet bħal dawn il-Malta Community Chest Fund tkun tista’ tilħaq iktar nies li jitolbu l-għajnuna tagħha. Filfatt minbarra li tghin l-ghaqdiet volontarji, il-fond qed tgħin ukoll madwar 160 individwu ta kull xahar b’total ta` 100,000 Ewro fix-xahar. |
| Iż-żjara tal-President u s-Sinjura Abela dalgħodu | bdiet bil-quddiesa fil-parroċċa li segwit bil-pastizzi u te u kafe` fuq iz-zuntier tal-Knsija. Ir-residenti Dinglin hawnhekk daru mal-President u S-Sinjura Abela biex ikellmuhom, jieħdu b’idejhom u jieħdu ritratti magħhom, f’din l-okkazzjoni li fiha gew jiltaqgħu magħhom. Akkoljenza mill-isbaħ ingħatat ukoll fil-pjazza ta’ maġenb il-knisja hekk kif il-President u s-Sinjura Abela iltaqgħu ma’ Mary u Anġlu Micallef li l-għixien tagħhom dejjem iddenpenda mill-qasam agrikolu. Dawn armaw ħaxix u frott fuq karettun – wirja agrikola u fuq kollox wirja ta’ parti mill-identita’ ta’ Ħad-Dingli, li kienet dejjem marbuta max-xogħol fir-raba’. Laqgħa ħelwa kienet dik ma’ Ġużu Muscat ta’ 65 sena akkumpanjat minn uħud min-nagħaġ u l-mogħoż li jrabbi. Ta’ kuljum, Ġużu jmur jirgħa l-merħla tiegħu fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli. It-tfal ta’ l-Għaqda Talent Dingli kantaw kanzunetti bil-kostumi ikkuluriti tagħhom fil-waqt li l-klabb tal-crafts, il-Girl Guides u l-Iscouts għamlu wirja tal-ħidma tagħhom. |
| Il-President żar ukoll l-Għaqda Mużikali Santa | Marija filwaqt li s-Sinjura iltaqgħet mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija li tagħmel ħidma ta’ djakonija fost l-anzjani, morda u familji fil-bżonn. Iż-żjara intemmet fl-Oratorju tas-Salesjani, Dar Dun Bosco fejn iċ-ċkejknin tad-Dingli Swallows Nursery kienu qedhin jilgħabu l-football. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990