Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JTEMM IŻ-ŻJARA TIEGĦU F’ĦAD-DINGLI

pr1745
Date Icon 26/09/2010
Il-President u s-Sinjura Abela, akkumpanjatimis-Sindku Ian Borg, dalgħodu temmu iż-żjara tagħhom fir-raħal ta’ Ħad-Dingli meta qattghu nofsinhar mar-residenti Dinglin.
Filwaqt li irringrazzja lin-nies ta’ Ħad-Dinglital-akkoljenza sabiħa li taw lilu u lis-Sinjura Abela, l-President sostna li jħossu impressjonat bil-ħidma tal-għadqdiet volontarji fir-raħal. Dan deher ċar fil-laqgħa li kellu nhar l-erbgħa li għadda meta sema` dwar il-ħidma ta dawn l-għaqdiet lokali minn setturi varji. Il-President sostna li l-ħidma tagħhom ta’ mingħajr piki twassal sabiex flimkien joħolqu attivitajiet li jgawdi minnhom ir-raħal. Meta indirizza pjazza mimlija residenti Dinglin il-President Abela saħaq li bil-ħidma tagħhom mat-tfal u ż-żgħażagħ, l-għaqdiet volontarji qed itellaw il-mexxejja ta’ għada.
Faħħar ukoll il-ħidma siewja tal-Kunsill Lokali lijħares il-quddiem billi fassall pjan ta’ żvilupp sostenibbli f’Ħad-Dingli għall-għaxar snin li ġejjin. Dan juri kemm huwa għaqli li naħsbu b’mod nazzjonali imma naġixxu b’mod lokali, żied jgħid il-President. Semma ukoll il-pjan li għandu l-Kunsill Lokali li ssir Heritage Trail viċin l-irdum ta’ Ħad-Dingli sabiex titgawda mill-Maltin kollha u stqarr li hija x-xewqa tiegħu li tinkludi ukoll il-Palazz Verdala biex jitgawda minn kulħadd.  Il-President Abela semma’ l-impenn li ħadu s-Sindku u l-kunsilliera ta’ Ħad-Dingli sabiex is-sena l-oħra organizzaw diversi attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-istrina. Dan għandu jkun ta’ eżempju għall-Kunsilli Lokali kollha.  Żied jgħid li permezz ta’ attivtajiet bħal dawn il-Malta Community  Chest Fund tkun tista’ tilħaq iktar nies li jitolbu l-għajnuna tagħha. Filfatt minbarra li tghin l-ghaqdiet volontarji, il-fond qed tgħin ukoll  madwar 160 individwu ta kull xahar b’total ta` 100,000 Ewro fix-xahar.
Iż-żjara tal-President u s-Sinjura Abela dalgħodubdiet bil-quddiesa fil-parroċċa li segwit bil-pastizzi u te u kafe` fuq iz-zuntier tal-Knsija. Ir-residenti Dinglin hawnhekk daru mal-President u S-Sinjura Abela biex ikellmuhom, jieħdu b’idejhom u jieħdu ritratti magħhom, f’din l-okkazzjoni li fiha gew jiltaqgħu magħhom. Akkoljenza mill-isbaħ ingħatat ukoll fil-pjazza ta’ maġenb il-knisja hekk kif il-President u s-Sinjura Abela iltaqgħu ma’ Mary u Anġlu Micallef li l-għixien tagħhom dejjem iddenpenda mill-qasam agrikolu. Dawn armaw ħaxix u frott fuq karettun – wirja agrikola u fuq kollox wirja ta’ parti mill-identita’ ta’ Ħad-Dingli, li kienet dejjem marbuta max-xogħol fir-raba’.  Laqgħa ħelwa kienet dik ma’ Ġużu Muscat ta’ 65 sena akkumpanjat minn uħud min-nagħaġ u l-mogħoż li jrabbi. Ta’ kuljum, Ġużu jmur jirgħa l-merħla tiegħu fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli.  It-tfal ta’ l-Għaqda Talent Dingli kantaw kanzunetti bil-kostumi ikkuluriti tagħhom fil-waqt li l-klabb tal-crafts, il-Girl Guides u l-Iscouts għamlu wirja tal-ħidma tagħhom.
Il-President żar ukoll l-Għaqda Mużikali SantaMarija filwaqt li s-Sinjura iltaqgħet mal-membri tal-Kummissjoni Djakonija li tagħmel ħidma ta’ djakonija fost l-anzjani, morda u familji fil-bżonn. Iż-żjara intemmet fl-Oratorju tas-Salesjani, Dar Dun Bosco fejn iċ-ċkejknin tad-Dingli Swallows Nursery kienu qedhin jilgħabu l-football.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow